No

Il-Kura u s-Servizzi ta’ Wara l-Ħlas f’Malta

​​

INFERMIERA U MAJJISTRI FIL-KOMUNITÀ

Wara t-twelid tat-tarbija tiegħek, tiġi żżurek infermiera jew majjistra d-dar u tiggwidak kif għandek tieħu ħsieb il-wild il-ġdid tiegħek.​

Sitt ġimgħat wara t-twelid tat-tarbija, għandek tagħmel appuntament għal vista dettaljata biex it-tabib tiegħek jiċċekkja jekk intix qed tirkupra tajjeb mill-ħlas u jistaqsik dwar l-esperjenza l-ġdida tiegħek bħala omm. Għandek tieħu din l-okkażjoni biex tistaqsi kwalunkwe mistoqsijiet li jista’ jkollok u tiddiskuti dak li tkun qed tħoss, speċjalment jekk tkun qed tbati minn għeja, tensjoni jew dipressjoni.