Kemm jekk qed taħseb intix tqila u kemm jekk inti fil-fatt tqila u qed tipprepara għat-twelid tat-tarbija u tixtieq pariri dwar kif tieħu ħsieb it-tarbija l-ġdida tiegħek, żgur li għandek ħafna mistoqsijiet. Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk.
Fil-paġni li jmiss issib lista ta’ suġġetti li jkopru dak kollu li għandek tkun taf dwar it-tqala, il-ħlas u t-twelid, il-kura u s-servizzi offruti wara l-ħlas kif ukoll is-saħħa sesswali u riproduttiva.