- Pajjiżek jimponi l-obbligu li ċittadini tal-UE u l-qraba tagħhom iġorru karta tal-identità valida jew passaport magħhom dejjem?
Ma hemmx obbligu li ċittadini tal-UE jew qrabathom iġorru passaport jew karta tal-identità valida f’kull ħin.
Madanakollu, skont Artikolu 17(3) tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità, il-pulizija jista’ jkollhom bżonn li kwalunkwe persuna li nħarġitilha dokument tal-identità, tipprovdih minnufih, jew fi żmien 24 siegħa mit-talba.
Għall-fini tal-Att imsemmi, dokument tal-identità jfisser karta tal-identità, dokument ta’ residenza jew dokument ta’ identifikazzjoni maħruġ skont l-Att.
Aktar minn dan, l-Artikolu 7(13) tal-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom jgħid li l-pulizija jista’ jkun li jkollhom bżonn li kwalunkwe persuna li ħarġilha ċertifikat tar-residenza, karta tar-residenza, ċertifikat ta’ reġistrazzjoni permanenti jew karta ta’ residenzi permanenti, jipprovdu d-dokument mitlub minnufih, jew fi żmien 24 siegħa.
- X’inhuma l-konsegwenzi jekk persuna ma ġġorrx dokument ta’ residenza f’kull ħin?
Persuni li jonqsu milli jġorru d-dokument ta’ residenza jeħlu multa li ma taqbiżx il-mitejn u tnejn u tletin ewro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (€232.94) u, f’każ ta’offiża kontinwa, jeħlu multa li ma taqbiżx ħdax-il ewro u ħamsa u sittin ċenteżmu (€11.65) għal kull ġurnata li l-offiża tkompli.
Il-pajjiż tiegħek jirrikjedi li ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja li jirrapportaw il-preżenza tagħhom wara l-wasla fil-pajjiż tiegħek?
Artikolu 3 (6) tal-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom (AL 191 tal-2007) jgħid li persuni li ma joqogħdux f’postijiet ta’ akkomodazzjoni li huma koperti b’Artikolu 31 tal-Att tal-Immigranti applikabbli għal postijiet ta’ akkomodazzjoni għal kumpens, iridu jirrapportaw il-preżenza tagħhom lill-Uffiċjal Prinċipal tal-Immigrazzjoni fi żmien xahar mill-wasla.
- X’inhi l-iskadenza biex tirrapporta preżenza wara l-wasla f’pajjiżek?
Xahar mill-wasla.
Fejn għandhom jirrappurtaw il-preżenza tagħhom ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom?
Il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana
- X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma tirrapportax il-preżenza tiegħek?
L-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom (AL 191 tal-2007) jistabbilixxi li multa amministrattiva ta’ bejn tlieta u għoxrin ewro u disgħa u għoxrin ċenteżmu u mitejn u tnejn u tletin ewro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (€232.94) tista’ tkun imposta f’dan il-każ.
- Il-pajjiż tiegħek jirrikjedi li ċittadini tal-UE jirreġistraw wara tliet (3) xhur?
B’eżerċitazzjoni tad-Dritt tat-Trattat (Artikolu 3(1) tal-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom (AL 191 tal-2007) wieħed obbligat li jirreġistra l-preżenza tiegħu mad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati jekk l-intenzjonijiet tiegħu/tagħha huma li jgħix Malta għal iktar minn tliet (3) xhur jew f’każ ta’ persuna li qed tfittex xogħol wara 6 xhur ta’ residenza.
- Iċ-ċittadini tal-UE fejn iridu jmorru biex jirreġistraw ir-residenza tagħhom?
Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati
Evans Building, Misraħ Sant' Iermu, Il-Belt Valletta
- Liema dokumenti huma mitluba bħala prova ta’ riżorsi suffiċjenti għal ċittadini inattivi (pensjonanti, persuni awtosuffiċjenti)?
Dan jista’ jkun kwalunkwe prova li turi li l-persuna qed tirċievi d-dħul mitlub jew li għandha riżorsi suffiċjenti fil-bank (eż: bank statements, entitlement certificates eċċ)
- Il-pajjiż tiegħek jimponi l-obbligu li ċittadini tal-UE jġorru ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni dejjem magħhom?
Iċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni għandhom jiġu provduti jekk mitluba minn uffiċjal tal-pulizija jew fi żmien 24 siegħa.
- X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma ġġorrx iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni dejjem miegħek?
Jekk id-dokument imsemmi ma jiġix provdut fi żmien 24 siegħa wara t-talba magħmula mill-uffiċjal tal-pulizija, hemm penali ta’ 232.94 ewro u penali addizzjonali ta’ 11.65 ewro għal kull ġurnata li l-ħlas ma jsirx.
- X’inhuma s-sanzjonijiet jekk tonqos milli tirreġistra?
M’hemmx sanzjonijiet separati f’każ li tonqos li tirreġistra.
- Il-pajjiż tiegħek jirrikjedi li l-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE jirreġistraw wara tliet (3) xhur?
Iva
- Liema dokumenti huma mitluba bħala prova li r-relazzjoni tal-familja teżisti f’każ ta’:
Ir-raġel/il-mara:
Ċertifikati taż-żwieġ
neputijiet/tfal:
Ċertifikati tat-twelid u f’każ ta’ neputijet, ċertifikati taż-żwieġ tal-ġenituri
nanniet/ġenituri:
Ċertifikati tat-twelid/taż-żwieġ li juru rabta mal-familja
Membri tal-familja estiża (zijiet, kuġini, neputijiet, eċċ.):
Ċertifikati taż-żwieġ/twelid li juru rabta mal-familja.
Partners mhux reġistrati:
Prova ta’ relazzjoni b’saħħitha mifruxa fuq mill-inqas sentejn, jew skont il-każ, li tinkludi dikjarazzjonijiet mill-membri tal-familja jew ħbieb, ftehim tal-kera taħt l-ismijiet tal-koppja, korrispondenza, eċċ.
Partners irreġistrati:
Id-dokument tar-reġistrazzjoni ċivili tar-relazzjoni.
- Liema dokumenti huma meħtieġa biex jagħtu prova li membru tal-familja huwa finanzjarjament dipendenti fuq ċittadin tal-UE?
Dikjarazzjonijiet miċ-ċittadin tal-UE, evidenza oħra ta’ dipendenza (eż evidenza ta’ edukazzjoni full-time, rapporti mediċi, dikjarazzjoni rigward ir-rimessa ta’ fondi, eċċ).
- Hemm limitu minimu tad-dħul li l-membri tal-famiIja jiġu kkunsidrati bħala ‘dipendenti’?
Ma hemmx limitu minimu ta’ dħul.
- Liema dokumenti huma meħtieġa biex qraba mhux mill-UE jakkwistaw karta tar-residenza?
- Ir-raġel/il-mara
- neputijiet/tfal
- nanniet/ġenituri
- Membri tal-familja estiża (zijiet, kuġini, neputijiet, eċċ.)
- Partners mhux irreġistrati
- Partners irreġistrati
Kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni taċ-ċittadin tal-UE li qed jakkumpanjaw jew, jekk iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ma kienx maħruġ, il-karta ta’ rikonoxximent maħruġa meta l-applikazzjoni hija sottomessa mill-imsemmi ċittadin tal-UE li qed jakkumpanjaw.
Għal:
- Ir-raġel / il-mara
- neputijiet/tfal
- nanniet/ġenituri
- membri tal-familja estiża (zijiet, kuġini, neputijiet, eċċ.)
(i) b’dokument/i maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż li ġejjin minnu l-membri tal-familja, billi jagħtu prova li r-relazzjoni maċ-ċittadin tal-UE kkonċernat - iċ-ċertifikati ta’ status ċivili relevanti kollha.
(ii) b’dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti mill-pajjiż tal-oriġini jew mill-pajjiż minn fejn il-membri tal-familja ġew, f’każ li huma tfal dipendenti ’l fuq minn 21 sena jew qraba diretti dipendenti fil-linja dixxendenti jew membri tal-familja oħra, billi jixhdu li jiddependu fuq iċ-ċittadin tal-UE kkonċernat;
(iii) fejn applikabbli, biċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni taċ-ċittadin tal-UE kkonċernat;
(iv) f’każ ta’ membri tal-familja estiża biss, meta hemm każijiet mediċi serji li jirrikjedu kura personali minn ċittadin tal-Unjoni, bi prova li huma membri tad-dar taċ-ċittadin tal-UE kkonċernat;
- Partners mhux irreġistrati
F’każ ta’ partners ta’ ċittadin tal-UE, bi prova ta’ relazzjoni b’saħħitha li ilha mill-inqas sentejn – minkejja li kull każ huwa eżaminat fil-merti tiegħu.
Dokument tar-reġistrazzjoni ċivili tar-relazzjoni.