Se Tixtri jew Tikri Proprjetà f’Malta? Suġġetti Relatati

 

Skemi u servizzi

Hemm diversi skemi u servizzi li jistgħu jgħinuk finanzjarjament meta tiġi biex tixtri jew tikri proprjetà. Dawn jinkludu Skema biex Tifdi ċ-Ċens ta’ Art għall-Bini, Għotja lis-Sidien għat-Tlestija / il-Bini / ir-Rinnovazzjoni tal-Ewwel Dar u Sussidju fuq il-Kera ta’ Residenza Privata.  Għal-lista kompluta tal-iskemi disponibbli ikklikkja hawn.


Trasferiment tal-Proprjetà

Jekk qed tixtri proprjetà, x’aktarx li trid tittrasferixxi l-proprjetà f’ismek. Biex tagħmel dan, trid tmur ir-Reġistru tal-Artijiet. Għal aktar informazzjoni u biex tniżżel il-formoli rilevanti, ikklikkja hawn.


L-awtorità tal-ippjanar

Huwa importanti li tikkonsulta lill-AP (l-Awtorità tal-Ippjanar) jekk beħsiebek tibni jew tagħmel bidliet fil-proprjetà tiegħek. Idħol fis-sit tal-AP billi tikklikkja hawn fejn tista’ ssib lista ta’ Formoli ta’ Applikazzjoni għall-Ippjanar.


Ċertifikat tal-Prestazzjoni Enerġetika  
  

Ċertifikat EPC (
Energy Performance Certificate) huwa simili għat-tikketta tal-effiċjenza fl-enerġija tal-apparat elettriku domestiku. L-EPC jinkludi żewġ skali li juru l-klassifikazzjoni tal-proprjetà tiegħek u l-emissjonijiet tal-karbonju tagħha, fejn iz-zero jindika l-massimu tal-effiċjenza fl-enerġija u n-naħa l-oħra tindika l-inqas effiċjenza enerġetika.

L-EPCs saru obbligatorji għad-djar kollha mibjugħa jew mikrija mit-02/01/2009. Barra minn hekk, minn din id-data ’l quddiem, l-EPC beda jintalab anke f’dak li jirrigwarda l-permessi għall-iżvilupp mill-MEPA dwar bini ġdid jew bdil fl-użu.

Jekk bħalissa qed tixtri jew tikri dar jew appartament, inti għandek dritt titlob EPC mingħand il-bejjiegħ/sid il-kera jew l-aġent tiegħu b’rabta mal-abitazzjoni inkwistjoni. L-EPC għandu jitħejja minn evalwaturi indipendenti rreġistrati mal-MRA.

Biex tkun taf aktar dwar dan ikklikkja hawn


Notifika tal-Bdil tal-Indirizz f’Malta

Jekk se tmur toqgħod xi mkien ieħor, għandek tinforma lid-diversi entitajiet bl-indirizz il-ġdid tiegħek f’Malta. Is-sistema online tal-ECA (Electronic Changes of Address) hija metodu sempliċi u effettiv biex inti tinforma lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku kif ukoll privat. Ikklikkja hawn biex tuża dan is-servizz.


Reġistrazzjoni tal-Amministraturi

Jekk se tmur toqgħod f’post fejn hemm il-komun, għandek tirreġistra l-amministraturi tal-kondominju u r-regoli stipulati relatati. Għal aktar dettalji u għall-formoli rilevanti ikklikkja hawn. ​