Se tiġi tgħix Malta? Gwida għall-Persuni Barranin

​Moving to Malta

F’dawn l-aħħar għoxrin sena żdied sew in-numru ta’ persuni barranin li qed jixtru jew jikru proprjetà Malta.

Wara kollox, il-gżejjer Maltin għandhom ħafna x’joffru – klima tipikament Mediterranja, l-istorja tant rikka, il-kultura u l-varjetà ta’ postijiet ta’ divertiment, poplu li jaf jitkellem bl-Ingliż, livell ta’ għajxien baxx meta mqabbel ma’ postijiet Ewropej oħra, livell għoli ta’ servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjoni, u għażla wiesgħa ta’ proprjetajiet għall-bejgħ jew għall-kiri.

Naturalment hemm proċess xi jsir. Li tikri huwa aktar faċli. Hawn ħafna aġenti f’Malta li jistgħu jiggwidawk f’din l-għażla. Jekk tixtieq tixtri jew tinvesti f’Malta, l-ewwel m’għandek tagħmel huwa li tagħżel il-lokalità jew iż-żona li tippreferi u tiddeċiedi x’tip ta’ dar tixtieq.

Ladarba tiddeċiedi, hemm numru ta’ permessi li għandek tapplika għalihom, u trid taħseb ukoll biex tagħmel kuntratt preliminari msejjaħ Konvenju għand nutar pubbliku. Mal-firma tal-Konvenju, isiru r-riċerki meħtieġa biex jiġi vverifikat is-sid tal-proprjetà. Meta tiffirma dan il-kuntratt preliminari, trid tħallas 1% mill-5% taxxa dovuta. Il-bqija jitħallsu meta jiġi ffirmat il-kuntratt finali. Tintalab ukoll tħallas depożitu li jkun ġie stabbilit bejnek u s-sid u li normalment ikun 10% tal-prezz finali tal-proprjetà.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea
(inklużi ċ-ċittadini Maltin) li ma jkunux residenti f’Malta għal mill-inqas ħames snin ikollhom bżonn permess biex jixtru proprjetà immobbli għal skop ta’ residenza sekondarja.

Individwi li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkunu jeħtieġu permess għax-xiri ta’ proprjetà immobbli biex jakkwistaw proprjetà f’Malta.

Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar kif tapplika għal permess biex tixtri proprjetà immobbli billi tikklikkja hawnhekk, u tista’ tniżżel formoli rilevanti oħra hawnhekk