Il-Kiri u x-Xiri tal-Proprjetà

 


Id-deċiżjoni li tixtri jew tikri dar, jew li tmur toqgħod xi mkien ieħor, hija deċiżjoni importanti u eċitanti iżda ġġib magħha wkoll tensjonijiet u diffikultajiet finanzjarji. Hemm diversi passi li għandek issegwi speċjament meta tkun se tixtri.

Biex niggwidawk f’dawn id-diversi stadji, ħejjejna gwida li nittamaw issibha utli fil-proċess twil tax-xiri jew il-kiri ta’ proprjetà. L-għan ta’ din il-gwida huwa li t-tranżizzjoni tiegħek lejn dar ġdida timxi kemm jista’ jkun ħarir u bla intoppi!