Il-Kiri ta’ Proprjetà f’Malta

​Renting Property in Malta
Il-Kiri ta’ Proprjetà f’Malta

Sew jekk se tikri u sew jekk se tixtri proprjetà, l-ewwel trid tiddeċiedi x’tip ta’ post trid – qed tfittex studio flat, dar jew inkella xi farmhouse fil-kampanja? Trid tistabbilixxi wkoll x’inhu l-baġit tiegħek u kemm taffordja tħallas kull xahar.

Tista’ ssib proprjetajiet għall-kiri billi tfittex fil-gazzetta, fuq l-internet jew inkella billi żżur xi waħda mill-aġenziji tal-proprjetà f’Malta. Meta ssib il-proprjetà li tixtieq, tkun trid tiffirma Kuntratt tal-Kiri li jipproteġi kemm l-interessi tiegħek kif ukoll dawk tas-sid. F’dan il-kuntratt jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-ħlas tal-kera u l-kontijiet, id-data tal-bidu tal-kera, il-perijodu tal-kirja, is-servizzi li għandhom jiġu provduti mis-sid (bħat-tindif u l-manutenzjoni tal-post), il-perijodu ta’ notifika meħtieġ għat-terminazzjoni tal-kera u r-regoli ġenerali relatati mal-komun (fejn japplika).  

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, sid il-kera jitlob depożitu bil-quddiem (is-soltu dan ikun bejn wieħed u ieħor daqs il-kera ta’ xahar). Il-kera normalment ukoll titħallas minn qabel. 
​​​​