Meta ssib impjieg Ġdid

​Employment
Meta ssib impjieg Ġdid

Se nibda naħdem f’post ġdid. X’għandi nkun naf?

Ladarba taċċetta offerta ta’ impjieg inti tidħol fl-hekk imsejjaħ Kuntratt ta’ Servizz. Dan huwa ftehim li permezz tiegħu tiftiehem li taħdem u titħallas għax-xogħol li tagħmel.

Tista’ jew tiffirma l-kuntratt jew tavża lill-impjegatur li tkun aċċettajt l-impjieg. Dan tal-aħħar jissejjaħ Ftehim Verbali u, jekk tagħmel ftehim bħal dan trid tippreżenta ittra b’ċerta informazzjoni dwarek u dwar l-impjieg tiegħek, pereżempju meta se tibda taħdem, kemm se ddum taħdem u kemm se titħallas. Jekk tikklikkja
hawnhekk issib iktar informazzjoni dwar meta ssib impjieg ġdid.


Ix-xogħol full-time u part-time f’Malta… Fiex jikkonsistu?

L-impjegaturi jistgħu jagħżlu li jimpjegawk f’tipi ta’ impjieg differenti. Dan jiddependi minn kemm hemm xogħol li jeħtieġ isir jew għal kemm żmien għandhom bżonn jimpjegawk.

Hawn taħt għandek lista tat-tipi differenti ta’ impjieg:

   Xogħol full-time permanenti:
dan huwa xogħol regolari u kontinwu ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa. Inti tkun intitolat/a għal benefiċċji bħal leave imħallas għall-btajjel u għall-mard.

   Xogħol part-time permanenti:
dan huwa xogħol regolari u kontinwu li jinvolvi inqas sigħat mix-xogħol full-time. Normalment taħdem matul ġranet fissi għal numru fiss ta’ sigħat. Xorta waħda tkun intitolat/a għal benefiċċji bħal leave għall-btajjel u għall-mard. Il-vantaġġ tax-xogħol part-time huwa li tkun iktar flessibbli biex tagħmel xogħlijiet oħra jew tieħu ħsieb il-familja jew tistudja.

   Xogħol każwali:
dan huwa xogħol kontinwu fejn is-sigħat huma irregolari u titħallas bis-siegħa. Jekk inti ħaddiem/a każwali, taħdem meta jkun meħtieġ; jekk ma taħdimx ma titħallasx. Ma tkunx intitolat/a għal affarijiet bħal-leave għall-btajjel jew għall-mard għal dan it-tip ta’ xogħol. Ix-xogħol każwali huwa tajjeb għax jippermettilek tkun flessibbli u tagħmel xogħlijiet oħra, għalkemm mhux dejjem huwa faċli ssib xogħol ta’ dan it-tip, u jista’ jkun li ssibha diffiċli biex issib impjieg.

   Xogħol ta’ persuni li jaħdmu għal rashom:
dan ifisser li taħdem għal rasek u b’hekk inti tiddeċiedi x’ħinijiet taħdem u kemm taħdem. Ħafna negozjanti jew nies tas-sengħa jaħdmu għal rashom. Jekk inti taħdem għal rasek tibbenefika minn ċerti benefiċċji fir-rigward tat-taxxa.  

   Impjieg għal perjodu fiss:
dan l-arranġament jintuża għal proġetti uniċi jew jekk tkun qed tissostitwixxi lil xi ħadd li jkun bil-leave. Ħafna drabi ma tkunx intitolat/a għal benefiċċji bħal-leave mħallas għall-mard b’dan it-tip ta’ impjieg.

   Impjieg imħallas bil-commission:
titħallas skont jekk tilħaqx il-miri tal-bejgħ. Normalment il-commission tkun persentaġġ fuq il-bejgħ li jirnexxilek tagħmel. X’aktarx li xorta waħda tingħata paga bażika iżda ma’ din jiżdied ammont skont il-bejgħ.

   Apprendistati u traineeships:
dawn huma impjiegi għal perjodu fiss (ġeneralment minn tlieta sa ħames snin) li matulhom titgħallem sengħa ġdida bħal dik ta’ mastrudaxxa jew plumber (bħala apprendist/a) jew impjieg mhux relatat ma’ sengħa, bħal xogħol segretarjali (bħala persuna li tingħata taħriġ). Normalment titħallas ta’ dan ix-xogħol.

   Impjieg bi probation:
meta tibda taħdem full-time jew part-time, dejjem ikollok perjodu ta’ probation li ġeneralment idum minn xahar sa sitt xhur. Matul dan iż-żmien, l-impjegaturi jivvalutaw jekk intix kapaċi tagħmel ix-xogħol tajjeb. Wara dan, l-impjieg tiegħek jiġi kkonfermat bħala part-time permanenti jew full-time permanenti.

   Xogħol Imħallas bl-Imqietgħa
(piece work): dan ifisser li titħallas rata għal oġġetti jew kwantità li tipproduċi jew tipproċessa.

   Xogħol volontarju:
dan huwa xogħol mhux imħallas. Tista’ toffri l-għajnuna tiegħek f’istitut jew għaqda oħra volontarja ta’ fejda. Ix-xogħol volontarju huwa gratifikanti ħafna u permezz tiegħu tkun qed tgħin lill-oħrajn filwaqt li tikseb ħiliet ġodda.


Kemm se nibda naqla’ flus?

L-impjegatur jistabbilixxi kemm jista’ jħallsek u inti tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-offerta li jagħmillek. F’Malta inti protett/a minn paga minima, jiġifieri hemm limitu kemm tal-inqas tista’ tiġi mħallas/mħallsa, skont kif tkun impjegat u kemm għandek żmien. Biex issir taf ir-rati eżatti għall-pagi minimi, ikklikkja
hawnhekk.

TAXXA FUQ ID-DĦUL U KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTà SOĊJALI
 
La darba tidħol f'impjieg, kull persuna hi soġġetta ħlas ta' taxxa fuq id-dħul, u ħlas ta' kontribuzzjonijet tas-sigurtà soċjali. Iktar tagħrif jinkiseb minn hawnhekk.


Nista’ naqta’ ftit mix-xogħol?

Dażgur li tista’. Jekk taħdem 40 siegħa fil-ġimgħa, tista’ tieħu 192 siegħa (24 jum) leave mħallsa fis-sena. Xi impjegaturi jħalluk tieħu numru ta’ sigħat off filwaqt li jista’ jkun li fil-każ ta’ impjegaturi oħra jkollok tieħu ġurnata sħiħa off. Jekk ma tiħux il-leave kollu tiegħek jista’ jagħti l-każ li tkun tista’ żżommu għas-snin ta’ wara, iżda dwar dan ikollok titkellem mal-impjegatur tiegħek.

Tista’ ssib iktar informazzjoni dettaljata dwar it-teħid tal-leave
hawnhekk.


Kemm‑il siegħa għandi naħdem?

Jiddependi minn x’tip ta’ impjieg għandek. Normalment m’għandekx taħdem iktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa. L-impjegatur jista’ jitolbok taħdem iktar minn dawn is-sigħat, għalkemm inti mhux bilfors għandek taċċetta. Jekk taċċetta li taħdem iktar, tingħata biżżejjed ħin biex tistrieħ wara x-xogħol. Biex issir taf iktar dwar is-sigħat ta’ xogħol f’Malta, ikklikkja
hawnhekk.


Allura MIN IĦADDEM jista’ jġegħelni naħdem kemm irid hu?

Le. Hemm liġi speċjali li tikkontrolla l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek. Din tissejjaħ l-Ordni biex jirregola l-Pagi u hija kkontrollata mill-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Għalhekk, b’dan il-mod, hemm limitu fuq l-ammont massimu ta’ sigħat li inti f’obbligu li taħdem, l-ammont minimu li titħallas, kemm titħallas għall-overtime, eċċ.

Ikklikkja
hawnhekk għal iktar informazzjoni.


X’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin fuq ix-xogħol?

Jekk min iħaddem ma jirrispettax il-kundizzjonijiet tax-xogħol, pereżempju billi ma jħallsekx, tista’ tiftaħ klejm mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Dan id-dipartiment imbagħad jinvestiga l-każ tiegħek u jieħu l-passi neċessarji. Jekk tħoss li tkeċċejt mix-xogħol għal raġunijiet inġusti jew saret diskriminazzjoni kontrik, sfajt vittma ta’ fastidju jew ta’ sfruttament, mela jkollok ittella’ l-każ tiegħek quddiem it-Tribunal Industrijali.


Kemm għandi ndum naħdem ladarba nkun naf li se nitlaq minn xogħli?

Trid tibqa’ taħdem għal numru ta’ ġimgħat, skont kemm tkun ilek taħdem fil-pożizzjoni li tkun qed tokkupa. Dan jissejjaħ il-perjodu tan-Notice. Għalhekk, jekk tkun ilek inqas minn xahar taħdem, m’għandekx għalfejn tagħti n-notice, u lanqas l-impjegatur m’għandu għalfejn jagħmel dan fil-każ ta’ sensja.

Għal lista sħiħa tal-perjodi tan-Notice, ikklikkja
hawnhekk.

 

Contact Information:

 Contact Name 
Department Of Industrial and Employment Relations
121,
Melita Street,
Valletta, VLT 1121

 Telephone
2122 4245 / 6

 Email