L-Assoċjazzjonijiet tax-Xogħol

​Employment
L-Assoċjazzjonijiet tax-Xogħol

Ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg

L-għan tad-
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg huwa li jħares lill-impjegati filwaqt li tinżamm relazzjoni ta’ impjieg tajba mal-impjegaturi. Id-Dipartiment jieħu ħsieb ħafna aspetti marbuta mad-dinja tax-xogħol. It-tliet attivitajiet ewlenin tiegħu huma:

    1. ​Il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg: id-Dipartiment jaċċerta ruħu li l-kuntratti tal-impjieg ikunu ġusti u jirrispettaw id-drittijiet tal-impjegati. Huwa jieħu wkoll il-passi neċessarji biex jgħin lin-nies li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom.
    2. Ir-Relazzjonijiet Industrijali: id-Dipartiment jagħmel ħiltu biex tinżamm relazzjoni tajba bejn l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi u t-trejdjunjins.
    3. Ir-Relazzjonijiet Internazzjonali: id-Dipartiment jikkoordina mal-Unjoni Ewropea u ma’ Organizzazzjonijiet oħra Internazzjonali tax-Xogħol, kif ukoll mal-korpi tal-gvern involuti fil-qasam tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.

Ir-Rappreżentanti tal-Junjins

Sabiex jipproteġu drittijiethom, l-impjegati jistgħu jingħaqdu fi trejdjunjin biex jilħqu objettivi komuni bħal żieda fil-paga u/jew kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.

Minflok ma l-impjegati jitkellmu individwalment mal-junjins, tintgħażel persuna biex tkun ir-Rappreżentanta tal-Junjin u din titkellem mal-junjin biex tiddefendi l-interessi tal-kollegi tagħha.

Tista’ tara l-lista ta’ Trejdjunjins f’Malta billi tikklikkja
hawnhekk u iktar informazzjoni dwar it-Trejdjunjins tinsab hawnhekk.


L-Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti

Hemm Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti differenti għal diversi professjonijiet bħall-arkitettura, il-midja, l-accountants, l-artisti u ħafna oħrajn.

Mela, pereżempju, jekk inti perit tista’ tingħaqad mal-Kamra tal-Periti ta’ Malta, jekk inti ġurnalist/a hemm l-Istitut tal-Ġurnalisti jew, jekk inti konsulent li toffri servizzi ta’ għajnuna biex persuna tagħżel karriera hemm il-Malta Career Guidance Association.

L-għan ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet huwa li jippromwovu lill-professjonisti li jirrappreżentaw u li jistabbilixxu jew jiddefendu l-istandards etiċi, kif  ukoll li jħeġġu l-użu tas-servizzi tagħhom permezz ta’ laqgħat, konferenzi u avvenimenti ta’ informazzjoni u attivitajiet oħra. Is-sħubija f’dawn l-assoċjazzjonijiet hija mod kif titgħallem u kif iżżom ruħek aġġornat/a ma’ dak li jkun qed jiġri f’Malta u barra minn Malta b’rabta mal-professjoni tiegħek.


It-Tribunal Industrijali

It-
Tribunal Industrijali jisma’ każijiet marbuta ma’ tilwimiet fejn tidħol il-liġi tal-impjieg. It-tribunal huwa magħmul minn chairman u żewġ membri (wieħed jirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema u l-ieħor l-interessi tal-impjegaturi) magħżulin minn panels separati fil-każ ta’ Tilwima Industrijali. Jekk il-każ ikun jirrigwarda allegazzjoni ta’ tkeċċija inġusta mix-xogħol it-Tribunal ikun magħmul biss minn chairman.  

 

Contact Information:

 Contact Name 
Department Of Industrial and Employment Relations
121,
Melita Street,
Valletta, VLT 1121

 Telephone
2122 4245 / 6

 Email