X'Teħtieġ Biex Tibgħat Malta l-Beni Personali Tiegħek

 
 
Ħafna drabi tista' tagħmel l-arranġamenti għall-ġarr tal-beni personali tiegħek inti stess. Madankollu, huwa rrakkomandat li tikri trasportatur professjonali jekk se ġġorr bagalji żejda (excess luggage) lejn Malta. B'dan il-mod il-beni personali tiegħek jistgħu jintbagħtu direttament fid-destinazzjoni meħtieġa tiegħek.
 
Hemm ħafna benefiċċji għaliex għandek tuża trasportatur professjonali. It-trasportatur:
·         Jieħu ħsieb il-kunsinna sħiħa bl-ajru jew bil-baħar tal-beni personali tiegħek lejn Malta
·         Jieħu ħsieb id-dokumentazzjoni u r-rilaxx mid-dwana
·         Jippakkja jew jipprovdi l-imballaġġ
·         Jipprovdi assigurazzjoni komprensiva
 
Suġġerimenti għat-trasportazzjoni tal-beni tiegħek bl-ajru jew bil-baħar
1.      Kontejners: tista' tippakkja l-beni tiegħek f'bagolli tal-ivvjaġġar, kaxxi jew bagalji
2.      Kontenut: Ħu biss l-essenzjali – probabbli jkun aktar faċli, u irħas, li tixtri l-affarijiet ladarba tasal Malta
3.      Loġistika:
·         Qabel ma titlaq, it-trasportatur jista' jiġbor il-bagalji tiegħek mid-dar jew inkella  tista' tieħu kollox inti stess għandu
·         Ladarba tasal Malta: Bl-istess mod, it-trasportatur jista' jagħmel kunsinna bl-oġġetti tiegħek f'darek jew tkun tista' tiġborhom mingħand it-trasportatur
      ·        Il-ħin tal-kunsinna jiddependi fuq id-distanza tal-vjaġġ tal-beni personali tiegħek. Merkanzija bl-            ajru tieħu sa ħamest ijiem u merkanzija bil-baħar tieħu sa sitt ġimgħat
4.      Assigurazzjoni: Dejjem tajjeb ikollok assigurazzjoni għaliex dejjem hemm riskju li tinqala' xi ħaġa. Huwa ferm rakkomandat li jkollok assigurazzjoni għal bagalji mitlufa jew li tkun saritilhom il-ħsara.
 
U Jekk Dan Kollu Jaqtagħlek Qalbek....
Mod faċli u veloċi biex tiffaċilita l-wasla tiegħek f'Malta huwa billi tikri appartament bl-għamara jew tixtri l-għamara tiegħek f'Malta. Hawnhekk tista’ ssib diversi appartamenti lesti bl-għamara għall-kiri.
 
Ħafna mill-apparamenti bl-għamara jkollhom kulma teħtieġ, inkluż apparat għat-tisjir, pożati, platti u borom, u bjankerija tas-sodda u tal-banju. B’hekk, meta tiġi toqgħod hawn issib prattikament dak kollu li tkun teħtieġ.
 
Jekk se tixtri l-għamara tiegħek hawn m’għandekx għalfejn tinkwieta biex iġġorr l-għamara (l-istess ħaġa jekk tikri appartament bl-għamara) u barra dan tkun tista' tqabbel aħjar l-għamara mad-dar il-ġdida tiegħek.