Is-Snin Bikrin

​Kindergarten
Is-Snin Bikrin

Ġie ppruvat li aħna nassorbu ammont kbir ta’ informazzjoni meta nkunu għadna żgħar ħafna fl-ewwel snin ta’ żvilupp. Il-fatt li niġu esposti għall-mużika jew il-logħob minn xħin nitwieldu jaffettwa l-mod kif naħsbuha meta nikbru. M’għandniex xi ngħidu, il-ġenituri jixtiequ biss l-aħjar għal uliedhom. Mela kompli aqra biex issir taf iktar dwar iċ-ċentri tal-kura tat-tfal u l-kindergartens li jilqgħu tfal sal-età ta’ ħames snin.


Il-Kura tat-Tfal

Il-kura tat-tfal hija neċessità tad-dinja moderna, sew jekk trid tmur għax-xogħol u sew jekk għandek bżonn tiddedika l-ħin għal affarijiet oħra. Huma x’inhuma r-raġunijiet tiegħek, tista’ tħalli lit-tifel jew lit-tifla tiegħek f’
ċentru tal-kura tat-tfal, fejn tista’ sserraħ moħħok li se jieħdu ħsiebhom individwi kkwalifikati. F’dawn l-aħħar snin, f’Malta infetħu għadd ġmielu ta’ ċentri tal-kura tat-tfal kemm tal-Gvern kif ukoll privati u dawn joffru s-servizzi tagħhom għal tfal li għandhom bejn tliet xhur u tliet snin.

Iċ-ċentri tal-kura tat-tfal tal-Gvern jagħmlu ħilithom biex joffru servizzi personalizzati u kura ta’ kwalità lit-tfal kollha, speċjalment lit-tfal li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. L-a
ttivitajiet f’dawn iċ-ċentri jiffokaw fuq l-oqsma kollha ta’ żvilupp tat-tfal, inklużi l-qasam soċjali, emozzjonali, fiżiku, intellettwali, komunikattiv u dak kreattiv. Il-professjonisti impjegati hawnhekk jafu kemm hu importanti li t-tfal jieħdu gost u jiddevertu, u kuljum jipprovdulhom programm varjat li jinkludi attivitajiet ta’ logħob li jistimulaw it-tagħlim f’ambjent modern, sikur u mgħammar b’kollox.

Il-ġenituri huma mistiedna jżuru d-diversi ċentri biex jiddiskutu u jippjanaw il-ħtiġijiet tat-tifel jew it-tifla tagħhom flimkien mal-persunal. Dawn iċ-ċentri jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-4pm, u l-ħlas huwa bbażat fuq l-ammont ta’ sigħat ta’ attendenza tat-tfal.

Dawn iċ-ċentri huma rreġistrati mad-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali u jsegwu b’mod strett il-kriterji kollha stabbiliti mill-Politika għall-Faċilitajiet tal-Kura tat-Tfal.


Sib Ċentru tal-Kura tat-Tfal tal-Gvern

Biex issib lista ta’ ċentri tal-kura tat-tfal tal-Gvern u l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom, ikklikkja
hawnhekk.


Sib Ċentru privat tal-kura tat-tfal

Hemm ukoll numru konsiderevoli ta’ ċentri privati tal-kura tat-tfal f’Malta. Anki dawn, bħaċ-ċentri tal-gvern, iridu jsegwu l-prinċipji stabbiliti mid-
Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali.

Ikklikkja hawnhekk 
biex tara lista taċ-ċentri privati tal-kura tat-tfal għad-dispożizzjoni tiegħek f’Malta.


Il-Kindergarten

Għalkemm l-edukazzjoni tal-kindergarten mhijiex obbligatorja, hija tgħin biex uliedek ikollhom pedament tajjeb qabel ma jibdew l-iskola primarja.

Fil-kindergarten it-tfal jibdew jagħmlu l-ewwel passi biex jitgħallmu jiktbu u jaqraw u jiksbu ħiliet soċjali b’mod pjaċevoli billi jilagħbu ma’ sħabhom tal-klassi u permezz ta’ eżerċizzji mmexxija mill-għalliema tagħhom.

Il-kindergarten jgħin ukoll biex it-tfal isibuha inqas diffiċli li jintegraw ruħhom fis-sistema edukattiva. Huma għandhom l-obbligu li jattendu l-iskola sakemm jagħlqu 16‑il sena. Huwa għalhekk importanti li jidraw minn kmieni r-rutina li tirrikjedi li jkunu ’l bogħod mid-dar u mill-familja tagħhom matul il-ħinijiet u l-perjodi tat-tagħlim, u jidraw ukoll l-ambjent skolastiku.

It-tfal għandhom jiġu reġistrati mill-iktar fis meta jkun għalqu sentejn u 9 xhur. Għansu jsir kuntatt mal-Kap tal-iskola tal-Lokalità sabied it-tfal jiġu reġistrati.

Dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni:

​​Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri
​F'ka ta' annullament jew separazzjoni: Id-Digriet tas-Separazzjoni jew tal-Annullament maħruġ mill-Qorti

Għal lista ta' kulleġġi tal-Gvern, agħfas hawn.