Servizzi Edukattivi Oħra

 

L-eLearning

Qed ngħixu f’era fejn nistgħu niksbu l-parti l-kbira tal-informazzjoni li jkollna bżonn permezz tal-kompjuter. Sirna ngħixu ħajjitna quddiem kompjuter: biex nixtru l-affarijiet, nilagħbu, niċċettjaw jew nimirħu fuq l-internet. Minħabba li issa drajna niksbu tant tagħrif u għarfien b’mod immedjat, animat u kkulurit,  sirna nsibu l-lezzjonijiet u l-preżentazzjonijiet tal-iskola ferm inqas interessanti meta nqabbluhom ma’ dak li toffrilna l-d-dinja teknoloġika. Huwa proprju għalhekk li ġie introdott it-tagħlim elettroniku  -
eLearning permezz tal-pjattaforma iLearn, li tipprovdi skola virtwali fejn l-għalliema jistgħu faċilment itellgħu kwalunkwe materjal li jixtiequ jaqsmu u jiddiskutu mal-istudenti tagħhom. Dan ifisser ukoll li l-istudenti jistgħu jikkommunikaw f’ambjent sikur.


L-Eżamijiet

Sabiex nidħlu għall-edukazzjoni għolja jew biex nagħtu prova li għandna ċertu għarfien jew ħiliet, sikwit ikollna nagħmlu l-eżamijiet. Biex jiżgura li l-eżamijiet ikunu ġusti u biex jgħin lil dawk li jkun beħsiebhom jidħlu għalihom, id-Dipartiment tal-Eżamijiet stabbilixxa diversi linji gwida.

Ikklikkja
hawnhekk biex issir taf iktar dwar kif għandek tapplika għall-eżamijiet, kif tkun taf ir-riżultati u kif tiġbor iċ-ċertifikati.


Għotjiet ta’ Manteniment għal Studenti

Minħabba li l-Gvern Malti huwa bil-qawwa kollha favur l-edukazzjoni, huwa joffri Għotjiet ta’ Manteniment għal Studenti (jew stipendji) lill-istudenti li jattendu s-
sixth forms pubbliċi jew privati, kulleġġi vokazzjonali bħall-MCAST u l-ITS u l-Università ta’ Malta. Permezz ta’ dan, bħala student/a, matul is-snin tal-istudji tiegħek inti tirċievi ammont ta’ flus fix-xahar li jvarja skont jekk tkunx il-kulleġġ jew l-Università. Biex issir taf iktar dwar l-istipendji u kif għandek tapplika, ikklikkja hawnhekk.


IĊ-ċentru malti għal rikonoxximent ta' kwalifiki

L-għanijiet taċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta' Kwalifiki huma li jiżgura li n-nies jifhmu xi kwalifiki jistgħu jiksbu, jgħinhom isibu t-taħriġ adattat, jgħin fit-tfassil ta’ korsijiet edukattivi, jistabbilixxi l-livelli tal-kwalifiki u jivvalida l-ħiliet informali u mhux formali.

Ikklikkja hawnhekk 
għal iktar informazzjoni dettaljata dwar iċ-Ċentru. 


Skejjel efl (english as a foreign language)

F'Malta, it-tagħlim tal-Ingliż ilu għal mien stabbilit u hemm 'il fuq minn 40 skola tal-lingwa madwar Malta u Għawdex li joffru korsijiet u attivitajiet ta' divertiment. Agħfas hawn għal lista ta' skejjel EFL liċenzjati. 


Boroż ta’ Studju

Sew jekk inti student/a li tattendi istituzzjoni edukattiva u sew jekk persuna adulta li qed tikkunsidra li terġa’ tibda titgħallem, hemm diversi opportunitajiet ta’ fondi f’Malta biex jgħinuk tikseb il-kwalifiki li tixtieq. Kulma għandek tkun taf jinsab
hawnhekk.



Studju barra minn Malta


Permezz tal-istudju barra minn Malta tiltaqa’ ma’ nies ġodda u titgħallem dwar kulturi oħra, waqt li tara postijiet ġodda u twessa’ l-għarfien tiegħek. Il-lista ta’ raġunijiet validi ma tispiċċa qatt. Issir iktar kunfidenti, indipendenti, tagħmel il-kuntatti u, fid-dinja kompetittiva tal-lum, ikollok ċertu marġini ta’ vantaġġ fuq oħrajn li m’għamlux l-esperjenza tiegħek. Tista’ tapplika għal għotjiet u fondi għal studji barra minn Malta, u allura x’qed tistenna? Ikklikkja hawn




Erasmus +

Il-programm
Erasmus + huwa fundamentali biex tmur tistudja barra. Il-programm jieħu l-forma ta’ borża ta’ studju u huwa miftuħ għall-istudenti kollha tal-UE u dawk li ma jagħmlux parti mill-UE. Erasmus Mundus jipprovdi fondi għal edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja u studji internazzjonali.

​​​​​​​​​​​