It-Tagħlim Tul il-Ħajja

​Lifelong Learning
It-Tagħlim Tul il-Ħajja

 

Aħna ngħixu fl-Era tal-Għarfien, li jfisser li wieħed mill-fatturi l-aktar importanti għas-suċċess tagħna hu li jkollna l-għarfien u li nkunu kapaċi napplikawh skont il-ħtieġa. Il-fatt stess li nafu li dejjem hemm xi ħaġa ġdida x’nitgħallmu jagħmlilna ħajjitna iktar interessanti. U fi żmien ta’ invenzjonijiet kontinwi ta’ teknoloġiji ġodda bħat-tablets elettroniċi u l-ismart phones, huwa prattikament impossibbli li ngħaddu bla ma nitgħallmu affarijiet ġodda, tkun xi tkun l-età tagħna.


It-Tagħlim Tul il-Ħajja

Kif tixhed il-frażi nnifisha, it-tagħlim tul il-ħajja huwa proċess kontinwu u eċċitanti. Minħabba li din il-forma ta’ edukazzjoni saret daqshekk importanti f’ħajjitna, inħolqu diversi korsijiet qosra u twal biex jgħinu lil dawk li ilhom li waqfu jistudjaw jew li sempliċement jixtiequ jitgħallmu xi ħaġa ġdida. It-
Tagħlim tul il-ħajja jista’ jissarraf ukoll fi kwalifiki vokazzjonali u lawrji universitarji. Hawn taħt għandek issib lista ta’ korsijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja disponibbli f’Malta.


Korsijiet

Tixtieq titgħallem tpitter, kif tiftaħ negozju għal rasek, tiffriska l-memorja fir-rigward tal-Ingliż jew tagħmel xi ‘O’ Level? Hemm korsijiet għal kollox! Ikklikkja fuq il-links li ġejjin biex issir taf iktar dwar is-suġġetti li jinteressawk:

  Cultural Awareness 
  Digital Competences 
  Family Learning 
  Languages 
  Mathematics, Science & Technology 
  National Diploma in Teaching Adults 
  Sense of Initiative & Entrepreneurship 
  Social, Health & Civic Competences 
  Visual and Performing Arts 
  Vocational Education & Training​​​​​​​​​​

Għal iktar informazzjoni kkuntattja:

Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana

tel: 2598 
2444
      2598 2397 
      2598 2261


indirizz elettroniku: lifelonglearning@gov.mt