L-Edukazzjoni Primarja u Sekondarja​

Learning through Interactive Whiteboards
L-Edukazzjoni Primarja u Sekondarja​

Bejn l-età ta’ ħames snin u 16‑il sena t-tfal jingħataw edukazzjoni li sservihom tul ħajjithom kollha.

Edukazzjoni primarja u sekondarja tajba hija ta’ importanza fundamentali, kemm għall-iżvilupp akkademiku u kemm għal dak soċjali. Matul dawn il-11‑il sena ta’ tagħlim, it-tfal jitgħallmu jaqraw u jiktbu, il-matematika u x-xjenza, kif ukoll l-isport u l-kreattività. Filwaqt li jagħmlu ħbieb ġodda, ħbiberiji li ħafna minnhom idumu ħajjithom kollha, jiksbu ħiliet ewlenin bħat-teamwork u t-tmexxija.

Mela, sew jekk jagħżlu li jkomplu jistudjaw, jew inkella li jiżviluppaw il-ħiliet vokazzjonali tagħhom jew li jidħlu fid-dinja tax-xogħol mill-ewwel, l-edukazzjoni primarja u sekondarja hija l-bażi għal dawn il-passi obbligatorji li jkun imiss jagħmlu fil-ħajja.


Sib Skola Primarja jew Sekondarja

Għal lista sħiħa tal-iskejjel primarji u sekondarji kollha tal-Istat, tal-Knisja u dawk privati f’Malta u Għawdex, ikklikkja
hawnhekk.​​​​​​​​​​​​​