Servizzi ta’ Emerġenza

 
​Emergency Services
Servizzi ta’ Emerġenza
Għandek tirrikorri għas-servizzi tal-emerġenza jekk tkun ma tiflaħx serjament, jew f’każ ta’ xi inċident.

Jekk għandek bżonn ambulanza, ċempel in-numru freephone tal-emerġenzi f’Malta, li huwa l-112. Tista’ ċċempel kemm mit-telefown bil-linja fissa, kemm minn kabina tat-telefown pubblika kif ukoll minn fuq il-mowbajl. Inkella tista’ tmur direttament fid-Dipartiment tal-Inċidenti u l-Emerġenzi fl-isptar pubbliku Mater Dei tal-Imsida jew f’xi wieħed miċ-ċentri tas-saħħa f’Malta u Għawdex.

Għal skeda ta' ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa, ikklikkja hawn.​​​​​​​​​​​