Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali

 
 

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jippromwovi u jieħu ħsieb is-saħħa pubblika, billi jnaqqas ir-riskji għas-saħħa minn perikli għas-saħħa ambjentali permezz tal-infurzar tal-liġi imposta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali u internazzjonali.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali huwa magħmul minn dawn li ġejjin:

   Servizz tal-Ispettorat tas-Saħħa
   Laboratorju tas-Saħħa Pubblika
   Servizzi Mediċi Portwali
   Unità tal-Koordinazzjoni tal-Politika dwar is-Saħħa Ambjentali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali joħroġ ukoll twissijiet dwar is-sigurtà tal-ikel.

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, ikklikkja hawn jew idħol fil-paġna ta’ Facebook tiegħu.​​​​​​​​​​​