Is-Servizzi tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard

 
​​Eating Healthy
Is-Servizzi tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard

Ħu Aktar Ħsieb Saħħtek

Jekk tixtieq titgħallem kif tipproteġi u tieħu ħsieb il-ġilda tiegħek, kif tieħu ħsieb snienek, kif ikollok dieta bilanċjata u tagħmel eżerċizzju regolari u tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa tas-saħħa bħat-tilqim neċessarju meta tkun se ssiefer, ikklikkja hawn u
 hawn.


Klassijiet tal-Aerobika

Minħabba li ħafna nies iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ġurnata bilqiegħda fil-postijiet tax-xogħol tagħhom, ħafna qed iżidu fil-piż tant li għandhom problema ta’ ħxuna żejda jew saħansitra obeżità. Bħala parti mill-ġlieda kontra din il-problema, id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qed joffri sessjonijiet tal-aerobika mingħajr ħlas lill-persuni li għandhom iktar minn 18-il sena u li l-indiċi tal-mass korporja tagħhom (il-BMI) huwa iktar minn 25. Ikklikkja
hawn għal aktar informazzjoni, jew jekk tixtieq tapplika għal dawn is-sessjonijiet.

Klassijiet tal-Kontroll tal-Piż

Jekk għandek ħxuna żejda jew għandek problema ta’ obeżità u tixtieq titlef il-piż, tista’ tapplika għal dawn is-sessjonijiet ta’ eżerċizzju fi gruppi mingħajr ħlas, immexxi minn professjonisti kwalifikati mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa. Dawn joffrulek l-appoġġ meħtieġ u jtuk pariri kif tnaqqas il-piż b’mod adegwat. Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji dwar kif tapplika, ikklikkja
hawn.


Waqqaf it-Tipjip  

Mhux faċli taqta’ t-tipjip, iżda f’Malta jeżistu servizzi li jiffaċilitaw dan il-proċess u jagħtuk l-appoġġ li jkollok bżonn. Fil-fatt hemm servizz freephone fejn tista’ ċċempel jekk tixtieq taqta’ t-tipjip; tingħata appoġġ immedjat fuq it-telefown u tiġi riferut/a wkoll għall-klassijiet ta’ appoġġ rilevanti organizzati fiċ-ċentri tas-saħħa. Ikklikkja
hawn għal aktar informazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt.


Prevenzjoni ta’ Mard Infettiv

Sfortunatament il-mard infettiv għadu mard komuni fostna, u għadna naraw każijiet ta’ mard trażmess mill-ikel, meninġite, ġidri r-riħ, skarlatina, scabies eċċ. Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar dan il-mard, u fuq kollox dwar il-prevenzjoni tiegħu, ara hawn​.​​​​​​​​​​​​