Aċċess għar-Rekord Mediku Tiegħek

 
​Accessing Health Records through myHealth​
Aċċess għar-Rekord Mediku Tiegħek

Jista’ faċilment ikollok aċċess għall-partijiet importanti tar-rekord tas-saħħa tiegħek billi tidħol fis-sit myHealth ta’ Malta. Minn hawnhekk għandek il-possibbiltà li:

   ikollok aċċess għar-rapporti mediċi tiegħek fl-Isptar Mater Dei

   titlob li tabib jew tobba partikolari biex ikunu t-tobba tal-myHealth tiegħek (dan ifisser li inti ttihom aċċess għall-informazzjoni tiegħek onlajn)

   ikollok aċċess għall-informazzjoni dwar l-intitolament tiegħek fi ħdan is-servizz “L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek”

   tara x’appuntamenti għandek fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern

   tissettja notifiki permezz tal-email u tfakkiriet permezz ta’ messaġġi fuq il-mowbajl. ​​​​​​​​​​