Servizzi tas-Saħħa

 
​Healt​h Services
Servizzi tas-Saħħa

Programmi ta’ Screening għall-Kanċer

Il-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni fost in-nisa Maltin. Fl-isforzi tiegħu biex inaqqas l-inċidenza u l-mortalità assoċjati mal-kanċer tas-sider, il-Gvern nieda programm nazzjonali ta’ screening għall-kanċer tas-sider fejn in-nisa f’Malta u Għawdex li għandhom bejn 50 u 59 sena jiġu mistiedna jagħmlu screening tas-sider mingħajr ħlas għal 3 snin. Għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm u d-dettalji ta’ kuntatt, ikklikkja
hawn.

F’Ottubru 2012 mistenni jiġi implimentat programm nazzjonali ta’ skrining għall-kanċer tal-musrana l-kbira. Irġiel u nisa li għandhom bejn 60-64  sena se jkunu mistiedna jagħmlu dan l-iskrining għal sentejn. Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar il-programm nazzjonali ta’ skrining għall-kanċer tal-musrana l-kbira, tista’ tibgħat email f’dan l-indirizz:
crsp.mhec@gov.mt


Id-Dijabete

Id-dijabete hija kundizzjoni kronika fejn il-ġisem ma jkunx jista’ jipproċessa z-zokkor kif suppost. Id-dijabete hija komuni ħafna f’Malta u jekk ma tiġix ikkurata tista’ tkun fatali. Dieta b’livell baxx ta’ zokkor hija neċessarja biex wieħed jiffranka jew jikkontrolla l-problema tad-dijabete. L-eżerċizzju wkoll għandu rwol importanti fil-kontroll tad-dijabete. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar id-dijabete, il-kura tad-dijabete u l-għajnuna offruta f’Malta, ikklikkja
hawn.


Servizzi Relatati mat-Terapija tat-taħdit

Il-mard relatat mal-artikolazzjoni xi drabi jista’ jkun ikkawżat minn kundizzjonijiet bħalma huma imperfezzjonijiet fil-ħalq, problema ta’ smigħ jew diffikultajiet fit-tagħlim. Id-Dipartiment tat-Terapija tad-Diskors f’Ħal Luqa joffri għadd ta’ servizzi li jinkludu l-valutazzjoni, il-kura u l-prevenzjoni ta’ problemi relatati mal-artikolazzjoni, id-diskors u l-ħalq. Biex tara aktar dwar dan jew tikkuntattja d-Dipartiment, agħfas din il-
link.


Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-UE

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-UE hija mingħajr ħlas, u tippermetti liċ-ċittadini Maltin jirċievu kura mingħajr ħlas, jew bi ħlas ridott, f’każ li jkollhom bżonn servizz mediku ta’ emerġenza meta jkunu f’xi pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew l-Iżvizzera. Għal aktar informazzjoni dwar dan, u biex tkun taf kif għandek tapplika għal din il-Kard, ikklikkja
hawn.


Il-Kura tal-Anzjani

Id-Dipartiment tal-Kura tal-Anzjani f’Santa Venera jipprovdi firxa ta’ servizzi għall-anzjani kemm fid-djar tal-anzjani tal-gvern kif ukoll fid-dar tal-persuna stess. Billi nemmnu bis-sħiħ li l-persuni anzjani u l-persuni b’diżabilità jippreferu jibqgħu joqogħdu f’darhom, id-Dipartiment tagħna joffri diversi servizzi bħalma huwa dak tal-Meals on Wheels kif ukoll għajnuna fid-dar biex jingħata l-appoġġ meħtieġ f’kull post f’Malta. Jekk tixtieq iktar informazzjoni jew tixtieq tikkuntattja dan id-Dipartiment, ikklikkja
hawn.


Servizzi ta’ Tilqim

Is-Servizzi Nazzjonali tat-Tilqim jinqasam f’żewġ gruppi ewlenin:

   Tilqim mingħajr ħlas għat-tfal u għall-ħaddiema f’riskju, tilqim f’każijiet ta’ kuntatt dirett jew viċin ma’ ċertu mard (TB, Epatite) u tilqim għal min ikun se jivvjaġġa lejn ċerti postijiet. Dan is-servizz huwa offrut fil-klinika ewlenija fiċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana.

   Tilqim skedat mingħajr ħlas għat-tfal fi kliniki oħra madwar Malta.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.


L-Uffiċċju tal-Koordinazzjoni tat-Trattamenti Mediċi Barra minn Malta (Programm Nazzjonali ta’ Każijiet Referuti għal Kura Speċjalizzata / Konsulenti Barranin)​

Malta u r-Renju Unit ilhom iktar minn 60 sena ja
ħdmu mill-qrib b’rabta mas-servizzi tas-saħħa offruti liċ-ċittadini Maltin li jkollhom bżonn xi trattament mediku speċjalizzat fir-Renju Unit. B’dan il-ftehim, il-pazjenti Maltin jingħataw trattament mediku fl-isptarijiet tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) tar-Renju Unit bħal kwalunkwe ċittadin tiegħu rreġistrat fis-sistema tal-NHS.

Is-servizzi offruti b’dan il-programm huma meqjusa b
ħala estensjoni tas-servizzi li jingħataw f’Malta. L-istess uffiċċju li jikkoordina l-proċedura kollha tal-Programm Nazzjonali ta’ Każijiet Riferuti għal Kura Speċjalizzata (National Highly Specialised Referrals Programme) huwa responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni u l-arranġamenti loġistiċi b’rabta mal-kliniki u s-servizzi offruti mill-konsulenti barranin fl-Isptar Mater Dei.

Hawnhekk tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar kif tikseb aċċess għal dawn is-servizzi. 
​​​​​​​​​​​