Għajnuna lill-Komunità

 
​Blood Do​nation
Għajnuna lill-Komunità

 

Id-donazzjoni tad-demm

 
Jekk inti persuna b’saħħtek, għandek bejn 17 u 63 sena, għandek karta tal-identità Maltija, u tixtieq tagħti xi ħaġa lura lill-komunità tiegħek, aħseb dwar il-possibbiltà li tagħti d-demm. Meta tagħti d-demm, tista’ verament issalva l-ħajja ta’ persuna marida ta’ jew xi ħadd li jkun involut f’inċident gravi tat-traffiku li jkollhom bżonn trasfużjoni tad-demm.

Meta tagħti d-demm ma tagħmel ebda ħsara lil saħħtek, u l-ġisem jissostitwixxi d-demm li jkun tilef. Biex tkun taf aktar dwar id-donazzjoni tad-demm f’Malta, ikklikkja hawn.

 
Hemm ukoll il-Blood Donation Mobile Unit li jżur diversi rħula u postijiet tax-xogħol matul is-sena. Agħfas hawn​ biex tkun taf fejn se jkun il-Mobile Unit kull xahar.
 
Id-donazzjoni tal-organi
 
Uħud jevitaw li jaħsbu x’se jsir minn ġisimhom wara mewthom u għalhekk inqas u inqas jaħsbu dwar il-possibbiltà li jagħtu l-organi tagħhom. Madankollu, l-att tad-donazzjoni tal-organi huwa att ġeneruż, u jista’ jsalva ħajja jew iktar. F’Malta, il-kliewi huma l-iktar organu li hemm bżonn donazzjoni tiegħu. Dawn li ġejjin huma wħud mill-punti importanti li għandek tkun taf dwar id-donazzjoni tal-organi f’Malta:
 
   Jistgħu jingħataw l-organi kollha, iżda t-trapjanti li jsiru f’Malta huma dawk tal-qalb, tal-kliewi u tal-kornea tal-għajn;
 
   M’hemmx limitu ta’ età għad-donazzjonijiet;
 
   Jekk kellek kanċer, xorta tista’ tkun donatur tal-għajnejn. Tista’ tkun donatur jekk ilek ħieles mill-kanċer għal ħames snin.
 
Ikklikkja hawn biex taqra aktar dwar id-donazzjoni tal-organi.

 

​​​​​​​​​​​​​​