Il-Mediċini

 
​Me​dicine Entitlement
Il-Mediċini

X’għandek tkun taf dwar il-mediċini

   Il-mediċini huma prodotti li jintużaw għall-prevenzjoni u l-kura tal-mard
   Dejjem għandek taqra l-informazzjoni fil-fuljett ta' tagħrif.
   Aqra l-informazzjoni dwar kif taħżen il-mediċini, peress li f’postijiet fejn ikun hemm temperatura għolja (bħall-kamra tal-banju jew fil-kċina) il-kwalità u l-effikaċja tal-mediċina tista’ tiġi affettwata
   Dejjem għandek tiċċekkja d-data tal-iskadenza tal-mediċina
   Jekk ikollok xi effett sekondarju negattiv mill-mediċina jew li ma kontx qed tistenna, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni.


Kif Tixtri l-Mediċini: Bil-Preskrizzjoni tat-Tabib jew mingħajrha

Il-mediċini jistgħu jinxtraw mill-ispiżeriji f’Malta u Għawdex. Hemm mediċini li huma kklassifikati bħala Mediċini bil-Preskrizzjoni u dawk
mingħajr Preskrizzjoni. Mediċini bil-Preskrizzjoni huma meqjusa bħala mediċini li jistgħu jkunu ta’ periklu, anki meta jittieħdu skont l-istruzzjonijiet jew li li jingħataw b’injezzjoni. Mediċini bil-Preskrizzjoni huma validi għall-provvista darba, jew preskrizzjoni għall-provvista għal perjodu massimu ta’ sitt xhur ħlief dawk għall-antibijotiċi, fejn il-preskrizzjoni tista’ tintuża biss sa 10 ijiem minn meta tkun inħarġet. Biex tkun taf jekk mediċina partikolari għandhiex bżonn tkun preskritta mit-tabib jew le u biex tkun taf aktar dwar dan is-suġġett żur www.medicinesauthority.gov.mt jew www.maltamedicineslist.com.


L-Ispiżeriji Privati u tal-Gvern

Tista’ tixtri l-mediċini li għandek bżonn mill-ispiżeriji f’Malta u Għawdex. Jekk tixtieq tara l-lista kollha ta’ dawn, ikklikkja hawn.


Skeda ta’ ftuħ tal-Ispiżeriji

Fil-festi pubbliċi u l-Ħdud, l-ispiżeriji privati jiftħu abbażi ta’ roster. Spiżeriji jiftħu fuq roster separata s-Sibt waranofsinhar. Biex tiċċekkja l-ħinijiet tal-ftuħ tal-ispiżeriji, ikklikkja hawn.


L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

L-Iskema tal-
Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tiffaċilita l-aċċess għas-servizz nazzjonali tal-provvista tal-mediċini permezz ta’ kollaborazzjoni mal-ispiżeriji fil-komunità. Il-persuni intitolati għal mediċini mingħajr ħlas jistgħu japplikaw fi spiżerija tal-għażla tagħhom biex jiġbru l-mediċini minn hemm. Għal aktar dettalji kklikkja hawn.


Intitolament għal Mediċini

Jekk tbati minn xi kundizzjoni kronika, bħal mard serju, kardjovaskolari, respiratorju jew mard relatat mas-sistema diġestiva, inti intitolat għal mediċini b’xejn mill-Gvern. Inti tiġi referut/a għand konsulent tas-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern li jkun jista’ japplikalek għal Karta taħt Skeda V li tkun tinkludi l-lista tal-mediċini b’xejn li inti intitolat/a għalihom. Ikklikkja hawn għal aktar dettalji.


Informazzjoni dwar Mediċini u Saħħa – Ċirkulari

Kull sena d-Dipartiment tas-Saħħa jippubblika numru ta’ ċirkularijiet dwar il-mediċini jew suġġetti oħra relatati mas-saħħa. Dawn iċ-ċirkularijiet huma kollha disponibbli b’xejn u tista’ tniżżilhom minn hawn.


L-Awtorità dwar il-Mediċini (Informazzjoni Ġenerali)

L-Awtorità dwar il-Mediċini tirregola l-prodotti mediċinali u l-attività relatata magħhom f’Malta. Hija tivverifika u tiżgura li l-mediċini jkunu sikuri u ta’ kwalità tajba, tissorvelja r-reklamar tal-mediċini u l-entitajiet li jbigħu l-mediċini. ​​​​​​​​​​