Servizzi Oħra tas-Saħħa

 
​​Health Screening
Servizzi Oħra tas-Saħħa

Librerija Elettronika tal-Pazjenti

Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar saħħtek u dwar kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem, tista’ ssib informazzjoni affidabbli hawn. Irreferi għall-Enċiklopedija dwar is-Saħħa biex tkun taf aktar dwar il-mard u l-kundizzjonijiet varji, il-korrimenti u l-operazzjonijiet u l-interventi kirurġiċi. Minbarra li tista’ tara stampi jew ritratti dwar varjetà ta’ suġġetti, minn kundizzjonijiet gastrointestinali sa kirurġija plastika, tista’ wkoll tara vidjows bi spjegazzjonijiet dettaljati dwar kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem.


Ħu Kors tal-Ewwel Għajnuna

Kors tal-ewwel għajnuna jgħin biex jippreparak f’każ ta’ emerġenza. Is-St John Ambulance  u r-Red Cross Malta joffru korsijiet regolarment, u jkollhom ukoll bżonn ta’ volontiera.

 

Servizzi tas-Saħħa meta Tivvjaġġa
 
 Il-EHIC huwa l-passaport taċ-ċittadin Malti li joffri kura ta' emerġenza b'xejn jew imraħħas f'bosta pajjiżi Ewropej u ż-Żona Ekonomika Ewropeja. Wieħed jista' jikseb iktar informazzjoni billi jikklikkja hawn.
​​​​​​​​​​