Il-Komunikazzjonijiet

​Free Wi-Fi accross Malta and Gozo
Il-Komunikazzjonijiet

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
(MCA) hija l-organizzazzjoni responsabbli għall-forom kollha ta’ komunikazzjoni li jinkludu t-televiżjoni, it-telefown, l-Internet, ix-xiri onlajn (l-eCommerce) u l-posta. Hija responsabbli wkoll li tiżgura li kulħadd igawdi l-benefiċċji tal-ICT (l-eInclusion), u li tissorvelja s-sikurezza tal-Internet u tistabbilixxi r-regoli rilevanti.

L-MCA tippromwovi wkoll il-kompetizzjoni, tipproteġi l-konsumaturi u tħeġġeġ l-innovazzjoni. L-Awtorità hija involuta wkoll fil-liġijiet kollha, u fl-aspetti ekonomiċi u teknoloġiċi tal-komunikazzjoni f’pajjiżna.


Is-servizzi li toffri l-
MCA

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
(MCA) tipprovdi għajnuna u informazzjoni dwar dak kollu relatat mal-Internet, il-kummerċ elettroniku (eCommerce) u l-posta.

Tista’ żżur is-
sit tal-MCA biex issib informazzjoni dwar:

   l-
eCommerce – gwida dwar ix-Xiri Onlajn
   is-Servizzi tat-Telefonija fissagwida biex tagħżel servizz ta’ linja fissa tat-telefown
   is-Servizzi tat-Telefonija permezz tal-Mowbajlinformazzjoni biex tagħżel il-fornitur tas-servizz tal-mowbajl u   dwar ir-rati ta’ telefonati u messaġġi telefoniċi (SMSs) f’Malta u waqt is-safar.
   l-Internet – għajnuna biex tagħżel il-fornitur tas-servizz tal-Internet
   it-Televiżjoni – għajnuna biex tagħżel il-fornitur tas-servizz tat-televiżjoni l-aktar adattat għalik
   is-Servizzi Postaliinformazzjoni biex tibgħat ittri u parcels bil-posta f’Malta jew barra mill-pajjiż

Mis-sit elettroniku tal-
MCA tista’ tikseb ukoll aċċess għad-direttorji telefoniċi.

L-MCA tiggwidak ukoll meta tħoss li għandek tressaq xi lment lill-fornitur tas-servizz tiegħek u f’xi każijiet tista’ anke tieħu azzjoni legali hija stess.


L-Awtorità tax-Xandir ta’
Malta

L-Awtorità tax-Xandir ta’
Malta (MBA) ġiet stabbilita fl-1961. Dmirha huwa li tissorvelja s-servizzi kollha relatati mat-televiżjoni u r-radju f’Malta. L-MBA għandha żewġ rwoli distinti, wieħed ikopri l-aspetti legali, u l-ieħor il-monitoraġġ. Dan ifisser li fl-ewwel rwol hija tivverifika li l-istazzjonijiet ikunu qed jimxu mar-regoli rilevanti, filwaqt li fit-tieni rwol hija tissorvelja l-programmi kollha li jixxandru fuq it-televiżjoni jew ir-radju. Dan jinkludi l-kompitu li tiżgura l-imparzjalità fi programmi li jittrattaw il-politika, l-industrija u l-policies pubbliċi tal-mument.

L-MBA tiżgura wkoll li jkun hemm tqassim tal-ħin xieraq bejn programmi ta’ natura politika u programmi ta’ divertiment. Fis-
sit tal-MBA tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-Awtorità u l-liġijiet rilevanti kollha dwar dak li jista’ jew ma jistax jixxandar, pereżempju, reklami ta’ mediċini, affermazzjonijiet dwar saħħa, trattamenti u supplimenti nutrizzjonali jew djetetiċi.


It-Telefonija

Biex iċċempel Malta jew barra minn Malta tista’ tuża linja fissa tat-telefown jew inkella mowbajl.

Għal aktar informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizz tat-telefonija fissa f’Malta, ikklikkja din il-
link u ssir taf aktar dwar id-diversi servizzi tagħhom u l-offerti li għandhom.


Il-Mowbajl

Biex iċċempel lil xi ħadd jew tibgħatlu messaġġ f’Malta jew barra minn Malta tista’ tuża l-mowbajl. Bl-introduzzjoni tal-ismartphones tista’ wkoll tuża l-mowbajl tiegħek biex ikollok aċċess għall-Internet, tidħol f’siti elettroniċi u anke tiċċekkja l-posta elettronika tiegħek.

Ikklikkja f’din il-
link biex tikseb aktar informazzjoni dwar l-operaturi tat-telefonija bil-mowbajl f’Malta bħalissa.

Meta tixtri mowbajl tista’ jew tuża s-sistema ‘pay as you go’ – jiġifieri tixtri ċertu ammont ta’ kreditu u tittoppjah skont il-bżonn, inkella tagħmel kuntratt mal-operatur.


L-Internet

Is-servizzi tal-internet f’Malta jingħataw minn diversi kumpaniji – li kollha joffru sistemi fuq tliet binarji (vuċi, vidjow u dejta, offruti flimkien b’abbonament wieħed), jew fuq erbgħa (vuċi, vidjow, dejta u mobilità, offruti wkoll bħala pakkett wieħed).

Tista’ tinstalla konnessjoni tal-internet fil-kompjuter tiegħek tad-dar jew tax-xogħol b’diversi modi, li l-aktar popolari minnhom huma:

   IDSN: jikkonnettja mal-Internet permezz ta’ linja telefonika diġitali jew normali
   Kejbil: jikkonnettja mal-Internet permezz ta’ cable modem
   Wireless: juża meded ta’ frekwenzi radjofoniċi minflok it-telefown jew il-cable modem  
   Satellita: is-sistema Internet over Satellite (Ios) taqbad mal-internet permezz ta’ waħda mis-satelliti li jduru mad-dinja.

Ikklikkja fuq din il-
link għal aktar informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizz tal-internet, ir-rati u l-offerti tagħhom.​