Il-Professjonijiet Legali f’Malta

​Le​gal Professions
Il-Professjonijiet Legali f’Malta

Il-professjonijiet legali f’Malta huma organizzati f’sistema unitarja u l-prosekuturi pubbliċi jinħatru minn fost l-avukati prattikanti.

Hemm tliet tipi ewlenin ta’ professjonisti legali f’Malta – avukati, nutara pubbliċi u prokuraturi legali. Kull wieħed minnhom għandu r-rwol speċifiku tiegħu. 

Barra minn hekk, l-Avukat Ġenerali huwa l-prosekutur pubbliku quddiem il-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appell Kriminali. Ir-rwol tal-Avukat Ġenerali huwa li jaġixxi bħala l-konsulent legali tal-Gvern, anke fil-Qrati Maltin, u li jirrappreżenta lir-Repubblika ta’ Malta quddiem il-qrati internazzjonali u f’laqgħat internazzjonali li jikkonċernaw kwistjonijiet legali u ġudizzjarji.

L-Imħallfin u l-Maġistrati jinħatru mill-President tar-Repubblika, fuq il-parir tal-Prim Ministru. Huma indipendenti mill-Eżekuttiv u jgawdu s-sigurtà tal-kariga sal-età ta’ ħamsa u sittin sena.

Għal aktar informazzjoni dwar il-professjonijiet legali f’Malta, kif ukoll dwar ir-rwol ta’ kull waħda minn dawn il-professjonijiet, ikklikkja
hawn.


Sib Avukat f’Malta

Jekk qed tfittex avukat Malta, tista’ tmur fil-
paġna biex Tfittex Avukat fis-sit tal-Kamra tal-Avukati ta’ Malta.


Sib Nutar f’Malta

Id-Direttorju tal-Kunsill Notarili ta' Malta joffri
servizz ta’ direttorju biex issib Nutar tal-fiducja tieghek f’Malta.


Sib Medjatur f’Malta

Jekk iddeċidejt li tuża s-servizzi ta’ medjatur, iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jgħinek tagħżel professjonista akkreditat.

Tista’ tikkuntattja ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta permezz tar-Reġistratur fiċ-
Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta, l-Unità tal-Ġustizza, 30 Triq it-Teżorerija, il-Belt Valletta VLT 1410. Tista’ wkoll iċċempel fuq in-numru 2125 1110 jew tibgħat email f’dan l-indirizz: mediation.mjha@gov.mt.​​​​​​​​​​​