Suġġetti Oħra Relatati

 

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data f’Malta

Il-Kumitat għall-Protezzjoni tad-Data jipproteġi d-dritt ta’ privatezza tal-individwi billi jiżgura l-ipproċessar korrett tad-data personali f’Malta.

Bħala parti mir-rwol tagħha, il-Kummissjoni tinvestiga lmenti dwar l-użu ħażin tad-data, u tinforza d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data. F’każ ta’ ksur tad-dritt għall-privatezza, il-Kummissarju jista’ jimponi piena amministrattiva jew jiftaħ proċeduri ġudizzjarji.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, il-linji gwida u l-pubblikazzjonijiet rilevanti, u r-reġistru pubbliku tal-kontrolluri tad-data, ikklikkja
hawn.


Il-Libertà tal-Informazzjoni f’Malta

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jagħti dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma għand awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-ministeri u d-dipartimenti kollha, b’xi eċċezzjonijiet. Dan jippromovi żieda fit-trasparenza u l-kontabilità governattiva. 

Jekk tixtieq aċċess għal dokument jew informazzjoni skont dan l-Att, tista’ tagħmel talba billi tilloggja bl-e-ID tiegħek fil-
Portal tal-FOI (l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni).  Tista’ wkoll tikklikkja hawn biex tniżżel il-Formola jew inkella tiġborha minn xi waħda mill-awtoritajiet pubbliċi.   Il-Formola għandha timtela u tintbagħat fl-indirizz elettroniku tal-Uffiċjal tal-FOI jew bil-posta. Għal aktar informazzjoni dwar il-libertà tal- informazzjoni f’Malta, ikklikkja hawn.​​​​​​​​​​​