Il-Protezzjoni Ċivili f’Malta

​Civil Protection Department

Xogħol id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa li jipproteġi ħajjet in-nies, kif ukoll li jħares il-proprjetà u l-ambjent f’Malta. Huwa responsabbli wkoll għas-sistema nazzjonali ta’ prevenzjoni, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons f’każ li xi diżastru jolqot lill-poplu Malti.

Id-Dipartiment jifforma parti minn mekkaniżmu mifrux mal-Ewropa kollha responsabbli mill-protezzjoni ċivili. Dan inħoloq apposta biex jiżgura li jkun hemm rispons komuni f’każijiet ta’ emerġenza min-naħa tal-Istati Membri kollha tal-UE.

Għal aktar informazzjoni dwar dan id-Dipartiment, l-istorja u r-rwoli tiegħu, ikklikkja hawn.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu diversi stazzjonijiet tat-tifi tan-nar madwar Malta u Għawdex. Għal aktar dettalji kklikkja
hawn. Tista’ ċċempel liċ-Ċentru Operattiv tad-Dipartiment fuq in-numru 2393 0000 jew tibgħat email fl-indirizz: civilprotectionmalta@gov.mt​ 

 ​​​​