Il-Gwardjani Lokali f’Malta

 

Il-gwardjani lokali f’Malta huma responsabbli għall-infurzar ta’ diversi regolamenti li jinkludu dawk relatati mat-traffiku, it-tniġġis tat-toroq bl-iskart jew ħmieġ tal-annimali.

Il-gwardjani jaħdmu mill-qrib mal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex biex jipprevienu l-ksur ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll biex iwissu jew iħarrku lil dawk li jiksruhom.

Il-gwardjani lokali f’Malta joffru wkoll servizzi regolatorji oħra bħalma huma  assistenza​​ f’inċidenti tat-traffiku, monitoraġġ mill-bogħod tas-sistemi tas-CCTV, irmonk, ikklempjar u tneħħija ta’ vetturi abbandunati. Huma jassistu wkoll fil-ġestjoni tat-traffiku.

Informazzjoni dettaljata hija pprovduta mill-websajt tal-Local Enforcement System (LES)
.

Tista’ tuża din il-website ukoll biex tħallas ċitazzjonijiet onlajn
. Jekk tħoss li għandek tikkuntesta ċitazzjoni tista’ ukoll tressaq petizzjoni.