Il-Pulizija ta’ Malta

​Malta Police Force

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa wieħed mill-eqdem fl-Ewropa. Fil-fatt il- Korp kif nafuh illum ġie ffurmat fl-1814 meta Sir Thomas Maitland kien Gvernatur ta’ Malta. Il-Gvern Malti ħa f’idejh il-Pulizija fl-1921, wara li dan kiseb l-awtonomija f’ċerti affarijiet interni.

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għandu diversi responsabilitajiet ta’ natura investigattiva u ta’ sigurtà nazzjonali. Huwa jaħdem fi ħdan il-parametri tas-setgħat investigattivi tiegħu biex, flimkien mas-setgħat konferiti mill-awtoritajiet ġudizzjarji, ifittex u jiskopri l-verità fil-każijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.

L-uffiċjali tal-pulizija għandhom diversi rwoli.  Fosthom hemm dawk li jħarsu l-ordni pubblika u l-paċi, u dmirhom jinkludi wkoll il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati, u l-ġbir tal-evidenza kontra dawk li jwettqu r-reati. 

Attwalment il-membri tal-Korp ilaħħqu madwar 1,900. Dan in-numru jinkludi l-pulizija distrettwali li jaħdmu fil-livell tal-komunitajiet.  Il-Korp tal-Pulizija huwa mqassam f’fergħat speċjalizzati kif ġej: 

   id-Dipartiment ta’ Investigazzjoni Kriminali (CID)
   l-iskwadra ta’ kontra d-droga
   l-iskwadra ta’ kontra l-vizzji u dik ta’ kontra l-frodi
   is-Servizzi ta’ Protezzjoni
   Special Assignment Group (SAG)
   id-diviżjoni tal-infurzar tal-liġi amministrattiva (ALE)

Għal aktar informazzjoni dwar il-Pulizija ta’ Malta u l-istorja tagħha, ikklikkja hawn


Kif Tikkuntattja lill-Pulizija ta’ Malta

Għal-lista sħiħa tad-diversi dipartimenti tal-Pulizija, agħfas
h​awn.

Tista’ wkoll tibgħat email f’dan l-indirizz: cmru.police@gov.mt


Biex tagħmel talba għal Ċertifikat tal-Kondotta

Ċerti impjiegi, pożizzjonijiet jew industriji jitolbu ċ-Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija. Dan iċ-Ċertifikat juri jekk persuna tkunx ġiet ikkundannata għal xi reat kriminali li tkun wettqet
. Għal iktar informazzjoni dwar kif tista' takkwista ċ-Ċertifikat mill-Uffiċċju tar-Records Kriminali (l-Uffiċċju tal-Kondotti tal-Pulizija), il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana, agħfas hawnhekk.



Irrapporta Reat

Jekk inti sfajt vittma ta’ serq, aggressjoni jew kwalunkwe reat ieħor, għandek tirrapporta l-każ immedjatament lill-Pulizija.

Il-Pulizija ta’ Malta għandha sistema online li biha persuna tista’ tagħmel rapport ta’ natura mhux urġenti (fejn il-valur tal-proprjetà misruqa jew danneġġjata jkun inqas minn €233, u fejn is-saħħa tal-persuni involuti ma tkunx fil-periklu). F’każijiet bħal dawn, tista’ tagħmel rapport
hawnhekk.

Jekk ir-reat ikun iktar serju, huwa rakkomandat li tagħmel rapport personalment fl-eqreb għassa tal-pulizija. Għal pariri dwar dan, tista’ tikkuntattja l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew tmur f’waħda minn dawn l-għ​ases tal-pulizija.   


Biex tħallas Kontravenzjoni  

Jekk irċevejt avviż ta’ kontravenzjoni tat-traffiku mingħand gwardjan jew pulizija, tista’ tħallasha online billi tikklikkja hawn


Liċenzja għal Armi u Armi tan-Nar

Jeżistu diversi kontrolli u proċeduri ta’ sigurtà li jridu jsiru biex wieħed jikseb liċenzja għall-akkwist, iż-żamma jew il-ġarr ta’ arma tan-nar għal attività sportiva jew bħala arma.

Dawn il-liċenzji jinkludu:

​   Xiri ta’ arma tan-nar/arma mingħand negozjant
   Żamma ta’ arma tan-nar/arma li tiġi minn trasferiment mingħand persuna liċenzjata
   Ġarr ta’ arma tan-nar/arma għal attivitajiet sportivi fuq l-art u/jew fuq il-baħar
   Kaċċa għall-fenek selvaġġ
   Sparar għall-plattini b’airgun
   Żamma ta’ arma jew arma tan-nar li tiġi minn wirt.~

Għal-lista sħiħa tal-liċenzji u r-rekwiżiti rilevanti, ikklikkja  hawn​