Servizzi għar-Refuġjati f’Malta

 

Aġenzija għal ħarsien ta' persuni li jkunu qed ifittxu l-asil


L-Aġenzija għal Ħarsien ta’ Persuni li jkunu qed Ifittxu l-Asil (AWAS) toffri varjetà ta’ servizzi biex tgħin lil dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu ażil f’Malta. L-Aġenzija toffri faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni,  tgħin lil dawk il-persuni identifikati bħala persuni vulnerabbli, tipprovdi programmi informattivi fl-oqsma tal-impjiegi, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-edukazzjoni. L-Aġenzija tippromwovi l-iskemi tal-Gvern relatati mar-rinsedjament/ripatrijazzjoni u r-ritorn volontarju assistit.

Din l-Aġenzija għandha wkoll ir-rwol li tiffaċilita l-koordinazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi kollha responsabbli biex tiżgura l-aċċessibilità tas-servizzi bl-għan li l-obbligi nazzjonali fil-konfront tar-refuġjati u l-persuni li jkunu qed ifittxu ażil jiġu rispettati, u tħeġġeġ it-tisħiħ ta’ rabtiet bejn l-organizzazzjonijiet volontarji lokali rilevanti f’Malta. Hija tagħti wkoll pariri lill-Gvern dwar żviluppi ġodda fil-qasam li topera fih, u tħejji rapporti għall-korpi li jfasslu l-politika.

Għal aktar informazzjoni dwar din l-aġenzija, tista’ ċċempel fuq in-numru 2568 7239 jew tibgħat email f’dan l-indirizz: awas@gov.mt.


L-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati jiżgura li l-proċess biex jiġi stabbilit jekk persuna tkunx eliġibbli biex titlob ażil Malta jkun totalment indipendenti, ġust, effiċjenti u veloċi. Huwa jiżgura wkoll li jkun hemm serjetà u kwalità fis-smigħ, l-analiżi u d-deċiżjonijiet b’rabta mal-applikazzjonijiet imressqa.

Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura biex tikseb ażil, dwar il-livelli ta’ protezzjoni u dwar proġetti eżistenti, jew biex tikseb informazzjoni statistika, ikklikkja hawn. ​​​​