L-0007-2023

L-Att dwar l-Awtorita’ tal-Istandards Għall-Persuni Anzjani


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Anzjanità Attiva

​Entity:

Ministeru għall-Anzjanità Attiva

​Published:

28/03/2023

​Running Till:

18/04/2023

​Last Updated:

19/09/2023




Introduzzjoni
Il-Gvern Malti huwa moralment u legalment marbut li jiżgura li l-kura tas-saħħa u soċjali mogħtija lill-anzjani tkun sigura, effettiva, ta’ kompassjoni u ta’ kwalità għolja. Meta wieħed iqis id-domanda li dejjem qed tiżdied għal servizzi għall-anzjani, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva jqis li awtorità speċifika hija meħtieġa biex tiffoka u tirregola s-servizzi tal-kura soċjali għall-anzjani.

L-Awtorità tal-Istandards tal-Persuni Anzjani
L-Awtorità tal-Istandards tal-Persuni Anzjani se tkun qed tirregola s-servizzi pprovduti lill-anzjani. Dawn is-servizzi jinkludu servizzi residenzjali għal persuni anzjani, faċilitajiet ġerjatriki kif ukoll servizzi komunitarji, servizzi relatati mad-dimenzja, servizzi ta’ respite ta’ ġurnata u/jew ta’ billejl u night shelters. Is-servizzi kollha jkunu regolati mill-Awtorità irrispettivament minn jekk humiex immexxija pubblikament, privatament jew tal-knisja.

Funzjonijiet
L-Awtorità se jkollha tliet funzjonijiet ewlenin deskritti hawn taħt.
1. Twaqqif ta' Standards
L-Awtorità se tkun responsabbli biex toħloq, tippubblika, u tirrevedi standards regolatorji għas-servizzi msemmija hawn fuq. Dan se jservi biex jenfasizza li l-benesseri u l-kura ta’ min juża s-servizz huwa prijorità kif ukoll jassigura lill-utenti li l-bżonnijiet, id-drittijiet u d-dinjità tagħhom huma rispettati.

2. Liċenzjar ta' servizzi
L- Awtorità se tkun responsabbli li tagħti liċenzji lill-provdituri tas-servizz għal perjodu ta’ sena, li ġġedded il-liċenzji u jekk ikun hemm bżonn, tirrevoka l-liċenzji. Dan jiddependi fuq il-prestazzjoni u l-istandard tas-servizz ipprovdut. Ebda persuna jew entità ma tista' tipprovdi servizz sakemm ma tkunx liċenzjata mill-Awtorità.

3. Spezzjonijiet
L- Awtorità se tkun responsabbli biex tispezzjona l-provdituri tas-servizz u tipprovdilhom rapport tas-sejbiet, inklużi valutazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li l-provditur għandu jsegwi.
 

Konklużjoni
Il-monitoraġġ tal-effiċjenza, l-effikaċja tal-prattika u li l-utenti huma il-prijorità tas-servizz, huwa essenzjali biex jiġu pprovduti interventi f'waqthom u ġusti. L- Awtorità se tiżgura li tkun qed tingħata kura ta’ kwalità għolja lill-anzjani meta jużaw is-servizzi pprovduti lilhom.
Mhux biss iżda wkoll se jkun qed jinżamm reġistru li fiħ jitniżżlu l-ismijiet ta’ dawk ikkundannati mill-Qorti għall-reati marbuta mal-abbuz tal-anzjani. Kopja awtentikata ta’ kull sentenza jew digriet se tkun miżmuma fir-reġistru.
 
URL tal-leġislazzjoni hawn taħt:

Feedback