NL-0004-2023

Reviżjoni tal-Policy għaċ-Ċimiterji u Gwida tad-Disinn (2015) – it-tieni fażi


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

​Entity:

Awtorità tal-Ippjanar

​Published:

16/02/2023

​Running Till:

31/03/2023

​Last Updated:

19/09/2023




1.  Sfond
L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat proposta ta’ gwida tad-disinn li ser  tidderieġi kif jiġu analizzati applikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet ta’ kremazzjoni waħdehom.

Dawn il-linji gwida ġew mfassla sabiex titnaqqas il-pressjoni għall-estensjonijiet taċ-ċimiterji fuq medda twila ta’ żmien

Krematorju li mhux ser jifforma parti minn ċimiterju eżistenti jista’ jiġi kkunsidrat biss jekk ikun barra miż-żona tal-iżvilupp iżda sa 1.5 km mill-konfini taż-Żona Urbana Prinċipali (PUA) għal Malta. F’Għawdex, krematorju għandu jkun lokalizzati madwar iż-żona tar-Rabat/Xewkija

Dawn il-kriterji saru sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ u jiġu ċentralizzati fil-viċin taċ-ċentri ewlenin tal-popolazzjoni.

B’mod ġenerali, id-disinn għandu joħloq struttura ta’ profil baxx iżda attraenti bi profil eleganti iżda sempliċi li jkun jaqbel mal-post u l-inħawi tiegħu. Id-disinn għandu jipprovdi sens ta’ paċi u trankwillità permezz tal-massa tiegħu, għażla ta’ materjali, kuluri u tisbiħ.
 
 
2.  Dokumenti
Id-dokument jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation
 
 
3.  Sottomissjonijiet
Ir-risposti għandhom jintbagħtu permezz tal-formola onlajn li tinstab aktar l-isfel.

Feedback