Informazzjoni mgħarbuta mal-applikazzjoni tal-IPPC sottomessa minn Green Skip Services Ltd. u G.S. Rec. Ltd. għal varjazzjoni u tiġdid tal-permess IP 0001/12/A/V1 biex issir attivita` ta’ mmaniġjar tal-iskart ġewwa n-Naxxar.
Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.
Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.
Dokumentazzjoni tinsab:
https://era.org.mt/consultations-on-ippc-applications/