NL-0019-2023

IP 0001/06/C/V2 - Varjazzjoni tal-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) (IP0001/06/C) biex isir tibdil fil-contouring tal-landfill tal-Għallis biex jiżdied l-għoli u jiġi massimmizzat l-ispazju vojt.


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

IPPC

​Published:

20/05/2023

​Running Till:

04/06/2023

​Last Updated:

19/09/2023




Informazzjoni mgħarbuta mal-applikazzjoni tal-IPPC sottomessa minn WasteServ Malta Ltd. għal varjazzjoni tal-permess IP 0001/06/C biex isir tibdil fil-contouring tal-landfill tal-Għallis biex jiżdied l-għoli u jiġi massimmizzat l-ispazju vojt.

Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.

Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.
 
Dokumentazzjoni tinsab:
https://era.org.mt/consultations-on-ippc-applications/
 

Feedback