NL-0036-2023

Reviżjoni tal-Policy għaċ-Ċimiterji u Gwida tad-Disinn (2015) – it-tielet fażi


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

​Entity:

Awtorità tal-Ippjanar

​Published:

25/09/2023

​Running Till:

03/11/2023

​Last Updated:

27/01/2024




Sfond
L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħabbtet linji gwida riveduti għall-bini ta’ krematorji standalone f’Malta u Għawdex. Dawn ir-reviżjonijiet huma intizi sabiex, fejn possibli, jkun hawn tnaqqis fl-użu tal-art.
Wara li wettqet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika f’Marzu ta’ din is-sena, l-Awtorità tal-Ippjanar  issa qed tressaq emendi proposti u reviżjonijiet tekniċi biex issaħħaħ il-policy tagħha dwar l-iżvilupp waħdu tal- - Krematorji .

Il-linji gwida li għadhom kif ġew varati għandhom l-għan li jipprovdu direttivi aktar ċari, partikolarment f'termini ta' speċifikazzjoni ta' żoni ta' tfittxija fuq il-mappa pprovduta. Oriġinarjament, iż-żona ta' tfittxija fit-tieni fażi kienetstabbilita għal 1.5km, iżda issa tnaqqset għal 1km miż-żoni urbani ewlenin, u b'hekk tillimita l-ammont ta' art disponibbli għall-iżvilupp tal-krematorji u timminimizza l-użu tal-art. Iż-żona tat-tfittxija f'Għawdex inżammet kif kienet.  

Bidla oħra importanti mil-lat ambjentali hi  l-inklużjoni ta’ kriterji aktar komprensivi dwar postijiet li mhumiex adattati għall-iżvilupp ta’ krematorji madwar il-gżejjer Maltin. Dan inaqqas b'mod effettiv in-numru ta' żoni potenzjali għal twaqqif ta' krematorji, u fl-aħħar mill-aħħar jimmitiga l-impatt tal-użu tal-art.

L-ewwel abbozz imħabbar dwar din il-policy kien ddikjara li jekk krematorju jieqaf jopera, kull bidla fl-użu tal-art hija strettament ipprojbita sakemm ma tinvolvix ir-restawr tas-sit għal stat naturali ambjentalment aċċettabbli. Fil-fatt, il-policy li għadha kif ġiet aġġornata tmur oltre dan billi tistipula li jekk krematorju jibqa’ ma jintużax għal tliet snin konsekuttivi, ikun hemm l-obbligu li jitneħħew il-binjiet u l-istrutturi assoċjati kollha, inkluż tagħmir, filwaqt li l-art tiġi restawrata f’kundizzjoni ambjentalment aċċettabbli.
 
 
Dokumenti
Id-dokument tal-konsultazzjoni jinstab hawn.

Feedback