NL-0001-2024

IP 00103/22/V1 - Applikazzjoni għall-varjazzjoni ta’ permess eżistenti tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) fir-rigward tal-operat ta’ faċilità għat-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali.


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

​Entity:

IPPC

​Published:

06/01/2024

​Running Till:

21/01/2024

​Last Updated:

21/01/2024




Informazzjoni mgħarbuta mal-applikazzjoni tal-IPPC sottomessa minn Aquaculture Resources Ltd. għal varjazzjoni tal-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) (IP 00103/22għall-faċilità għat-trattament ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-qasam industrijali ta' Ħal-Far.

Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.

Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.
 
Id-dokumentazzjoni mgħarbuta ma’ din l-applikazzjoni tinsab billi tillogja bil-kont tal- e-ID fuq il-portal ERIS hawnhekk.

Feedback