NL-0010-2024

IP 0001/24 - Applikazjoni għat-tiġdid tal-permess IPPC (Ref.: IP0001/06/C) fir-rigward ta’ l-operat ta’ landfill, sottomessa mill-WasteServ Malta Ltd.


Magħluqa

​Ministry:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port Il-Kbir

​Entity:

IPPC

​Published:

27/04/2024

​Running Till:

11/05/2024

​Last Updated:

18/08/2024




Informazzjoni mgħarbuta mal-applikazzjoni tal-IPPC sottomessa minn WasteServ Malta Ltd. għal tigdid tal-permess tal-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) (Ref.: IP0001/06/C/) għall-Ghallis landfill fin-Naxxar.

Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.

Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.
 
Dokumentazzjoni tinsab:
https://era.org.mt/consultations-on-ippc-applications/

Feedback