NL-0008-2025

Reviżjoni Parzjali tal-Pjan Lokali tal-2006 għall-Għawdex u Kemmuna għall-Għajnsielem u x-Xewkija - it-Tieni Fażi


Miftuħa

​Ministry:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (MGP)

​Entity:

Awtorità tal-Ippjanar

​Published:

21/03/2025

​Running Till:

05/05/2025

​Last Updated:

16/04/2025




L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ippubblikat proposti ta’ policies riveduti dwar l-użu tal-art għal żewġ siti speċifiċi f’Għawdex – Ta’ Passi f’Għajnsielem, fejn jinsab il-Villaġġ tal-Milied staġjonali, u Torri Gorġun fix-Xewkija, żona mibnija eżistenti qrib il-konfini taż-żona tal-iżvilupp.

Ir-reviżjoni tal-Pjan Lokali qiegħda tipproponi li s-sit f’Għajnsielem, magħruf bħala Ta’ Passi, jiġi ddeżinjat għall-użu ta’ art rikreattiva formali fil-miftuħ bi strutturi anċillari permezz ta’ policy speċifika għas-sit. Il-policy ser tiżgura li s-sit jintuża esklussivament għal attivitajiet rikreattivi b’attività minima kummerċjali. Is-sit ser jibqa’ fil-biċċa l-kbira miftuħ, u ser jiġu biss permessi strutturi anċillari fuq skala żgħira. 

Matul is-snin, l-organizzaturi jtellgħu r-riproduzzjoni annwali ta’ Betlehem fiż-żmien tat-twelid ta’ Ġesù, li jinkludu ħwienet tal-kummerċ tradizzjonali, forn, taverna, suq fil-miftuħ, u attrazzjonijiet oħra. L-organizzaturi kienu japplikaw għal permess tal-ippjanar temporanju biex jagħmlu l-avveniment u jistabbilixxu strutturi meħtieġa. Din ir-reviżjoni għandha l-għan li tindika dan is-sit b’mod permanenti bħala żona ta’ rikreazzjoni fil-miftuħ b’attività kummerċjali minima biex tappoġġa l-użu kontinwu tiegħu.

Ir-reviżjoni parzjali qiegħda tipproponi wkoll li ż-żona magħrufa bħala Torri Gorġun fix-Xewkija ssir formalment nominata bħala Category 1 Rural Settlement . Il-konfini madwar is-settlement, toroq pubbliċi, użi aċċettabbli tal-art u limitazzjonijiet tal-għoli tal-bini huma proposti f’din ir-reviżjoni parzjali.

Din ir-reviżjoni tal-Pjan Lokali għandha l-għan li tiżgura li ż-żewġ siti jiġu ġestiti b’mod effettiv, billi jibbilanċjaw il-ħtiġijiet rikreattivi u residenzjali filwaqt li jippreservaw l-integrità tal-ispazji rurali u miftuħa ta’ Għawdex.

Partijiet interessati huma mistiedna jissottomettu s-suġġerimenti tagħhom sal-5 ta’ Mejju 2025.

Il-mapep proposti, il-policies tar-reviżjoni u s-sottomissjonijiet li waslu matul l-Ewwel Fażi jistgħu jiġu aċċessati fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq www.pa.org.mt/consultation

Feedback