Strateġija Nazzjonali tal-Volontarjat
L-ewwel Strateġija Nazzjonali għall-Volontarjat ġiet ippubblikata fl-2019 u kellha tkopri l-perjodu 2019 – 2024. L-għanijiet tal-Istrateġija għandhom jiggwidaw il-ħidma taż-żewġ imsieħba, il-Gvern u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, bl-iskop li jissaħħaħ is-settur tal-volontarjat f’Malta.
Din l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat 2025 – 2030 hija bbażata fuq l-għanijiet milħuqa tal-ewwel Strateġija kif ukoll il-viżjoni għall-futur. Din l-Istrateġija tiddikjara l-valuri maqbula bejn il-partijiet, bil-valuri ewlenin li jsaħħu din l-istrateġija jkunu: Apprezzament tan-natura diversa tal-volontarjat; Impenn għall-inklussività; Fiduċja u integrità; Kollaborazzjoni; Servizz ta' Kwalità; u Rikonoxximent.
L-erba' oqsma ewlenin tal-Pjan Strateġiku jiffokaw fuq il-Bini tal-Kapaċità; Kollaborazzjoni mal-Partijiet Interessati; Parteċipazzjoni Ċivika; u Leħen u Viżibbiltà tas-Settur. l-bini tal-kapaċità huwa aspett kritiku tas-sostenn u t-titjib tal-effettività ta' kwalunkwe organizzazzjoni. Dan jinvolvi li l-voluntiera tingħata s-setgħa personalment bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex iwettqu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod effiċjenti. Li jkollok persunal imħarreġ tajjeb huwa essenzjali biex tinbena organizzazzjoni reżiljenti, effiċjenti u sostenibbli.
Il-kollaborazzjoni bejn il-Partijiet Interessati hija essenzjali biex jinkisbu għanijiet komuni, jiġi massimizzat l-użu tar-riżorsi, u jinħoloq impatt akbar fuq il-komunitajiet. Din l-istrateġija tiffoka fuq sħubija bejn il-partijiet u l-ħidma interdipentendti għat-tkabbir u l-funzjonalità tal-volontarjat fil-komunitajiet lokali.
Is-Soċjetà Ċivili ħafna drabi hija mmexxija minn voluntiera, li għandhom jingħataw firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex jesprimu liberament il-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet u tħassib nazzjonali u jiksbu l-appoġġ li jeħtieġu biex jindirizzawhom. Idealment, dawn il-voluntiera għandhom jiġu mħeġġa biex ikunu parti minn grupp/organizzazzjoni regolata organizzata.
Pilastru ieħor f’din l-strateġija huwa li jingħata Leħen u Viżibbiltà lis-Settur, valur tal-volontarjat bħala element importanti tat-tessut tas-soċjetà li huwa universalment rikonoxxut, għandu jiġi rikonoxxut b’mod ċar u evidenti, l-isforzi tiegħu jiġu mgħotija rikonoxximent xieraq, u s-suċċessi tiegħu ċċelebrati.
Din l-istrateġija tindirizza b’mod partikolari il-promozzjoni tal-volontarjat minn żgħażagħ sa anzjani. Dawn l-oqsma huma konformi mad-direzzjoni li qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea. L-istess strateġija tiffoka wkoll kemm fuq ir-Rikonoxximent kif ukoll ir-Riżorsi meħtieġa sabiex is-Settur tal-Volontarjat ikun attur u kontributur ewlieni għall-komunitajiet tagħna.