NL-0016-2025

Reviżjoni Parzjali tal-Pjan Lokali tal-Pjan Lokali tal-Portijiet tat-Tramuntana (2006) Sit ta' V


Magħluq għal Konsultazzjoni Pubblika

​Ministry:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (MGP)

​Entity:

Awtorità tal-Ippjanar

​Published:

29/04/2025

​Running Till:

11/06/2025

​Last Updated:

12/06/2025




L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika r-Reviżjoni Parzjali tal-Pjan Lokali għall-Portijiet tat-Tramuntana (2006) fir-rigward tas-sit ta’ Villa Rosa f’Paceville.
Din timmarka pass sinifikanti fir-riġenerazzjoni u l-iżvilupp futur ta’ wieħed mis-siti kostali l-aktar strateġiċi ta’ Malta. Din ir-reviżjoni tirrifletti n-natura ta’ kif qiegħed jevolvi l-iżvilupp fiż-żona u taqbel mal-viżjoni tal-Gvern għal investiment ta’ kwalità ogħla fit-turiżmu, salvagwardji ambjentali aktar b’saħħithom, u netwerk ta’ spazju aħdar aktar miftuħ u aċċessibbli għall-pubbliku.
L-iżvilupp taż-Żona ta’ Riġenerazzjoni ta’ Villa Rosa, kif indikat fuq il-Mappa tal-Policy PV4, huwa bbażat fuq il-prinċipju fundamentali ta’ ppjanar komprensiv integrat. Dan l-approċċ jiżgura li l-iżvilupp ikun koerenti, integrat, u jilħaq l-ogħla aspettattivi f’termini ta’ kwalità u integrità ambjentali.
L-għanijiet prinċipali ta’ dan il-qafas tal-ippjanar rivedut jinkludu l-protezzjoni ta’ assi ambjentali u kulturali ewlenin, bħall-bini ta’ Villa Rosa skedata fi Grad 1 u l-Għar Ħarq Ħammiem klassifikat Livell 1, billi jiġi żgurat li dawn il-karatteristiċi jiġu ppreżervati filkuntest ta’ żvilupp sensittiv u sostenibbli. L-aċċess pubbliku għar-raba’ ser jiġi mtejjeb b’mod sinifikanti, u l-iżvilupp ser ikun strettament limitat fil-konfini stabbiliti tas-sit biex jiġu evitati impatti fuq żoni sensittivi u żoni rikreattivi fil-qrib.
Din il-politika proposta tistabbilixxi limiti ċari fuq l-għoli u d-densità tal-binjiet, u teħtieġ disinn ta’ kwalità għolja, effiċjenza fl-enerġija, ġestjoni tal-ilma u tal-iskart, u lintegrazzjoni ta’ infrastruttura ħadra u blu. L-inklużjoni ta’ bini għoli ikoniku ddedikat għal lukandi ta’ livell għoli — li huwa permissibbli skont il-policy ta’ Aġġustament tal-Limitu tal-Għoli għal Lukandi (2014) — ser tikkontribwixxi għal-linja tal-iskyline distintiv ta’ Paceville u tappoġġja t-trasformazzjoni tas-sit f’destinazzjoni turistika ewlenija.
Minimu ta’ 5,100 metru kwadru ta’ spazju miftuħ għall-pubbliku u 10,610 metru kwadru ta’ spazju miftuħ privat huwa propost li jiġi integrat fil-pjan ta’ żvilupp. Il-viżjoni tarriġenerazzjoni tinkludi wkoll titjib fl-infrastruttura bbażat fuq valutazzjonijiet komprensivitat-traffiku, ambjent u impatt soċjali. Żoni pubbliċi proposti bħal Żona F ser ikunu msaġġra u protetti mill-kummerċjalizzazzjoni, bil-għan li jinżammu l-veduti u tiġi żgurata l-konnettività mal-bqija tas-sit. Ser jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal- ġonna eżistenti u ż-żoni ekoloġiċi sensittivi, b’mod partikolari permezz ta’ sforzi ta’ restawr fiż-Żoni B u D.
L-Awtorità tal-Ippjanar terġa’ tikkonferma l-impenn tagħha li tiżgura li l-futur tas-sit ta’ Villa Rosa jkun wieħed li jibbilanċja żvilupp turistiku ta’ kwalità għolja ma’ tmexxija ambjentali b’saħħitha, benefiċċji pubbliċi, u preservazzjoni tal-wirt.
Il-mapep proposti, il-politika riveduta u s-sottomissjonijiet magħmula matul l-Ewwel Fażi tal-konsultazzjoni jistgħu jiġu aċċessati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq www.pa.org.mt/consultation
L-Awtorità tal-Ippjanar tistieden lill-pubbliku biex jibgħat il-kummenti u rrappreżentazzjonijiet tiegħu dwar dawn l-emendi. 
Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand l-Awtorità mhux aktar tard mill-11 ta’ Ġunju 2025

Feedback