L-għan primarju ta’ din il-politika l-ġdida dwar l-alkoħol, li ssegwi dik li tkopri mill-2018 sal-2023, huwa li timminimizza l-ħsara attribwita mill-konsum tal-alkoħol.
Dan jinkludi, li jiġu indirizzati l-effetti diretti fuq is-saħħa u l-imġiba individwali, kif ukoll x'impatt soċjali dan iħalli, u fl-aħħar mill-aħħar, it-tisħiħ tal-benesseri ġenerali. Minbarra l-ħsarat ikkawżati mill-alkoħol lill-utent individwali, il-ħsarat mill-alkoħol jaffettwaw ukoll lil sinifikanti oħrajn, bħall-familja, il-familja estiża, il-ħbieb, il-komunità, u s-soċjetà kollha kemm hi.
Dak li jista’ jissejjaħ “ambjenti alkoġeniċi” jagħmel il-kwistjonijiet aktar profondi, peress li jaggravaw il-ħsara kkawżata mill-konsum tal-alkoħol. Għalhekk, il-politika hawnhekk, hija tentattiv biex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol fil-popolazzjoni kollha kemm hi, bl-introduzzjoni ta’ miżuri li jillimitaw l-aċċess u d-disponibbiltà u l-aċċettabbiltà, kif ukoll billi jiġu mmirati dawk li jixorbu u huma f’riskju waqt li jiġi ukoll ikkunsidrat t-trattament ta’ dawk li huma maħkuma mill-vizzju u huma dipendenti mill-alkoħol.
Naturalment, m’hemmx għalfejn ngħidu, li x-xorb taħt l-età se jiġi indirizzat ukoll peress li aktar ma wieħed jiġi espost tard fil-ħajja għall-alkoħol, inqas ikunu r-riskji relatati mal-użu eċċessiv tal-alkoħol u l-ħsara li takkumpanjah għall-persuna innifisha u għal dawk ta' madwarha..
Il-pubbliku huwa mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu dwar id-dokument tal-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol sal-31 ta' Lulju 2025.
Id-dokument għall-konsultazzjoni pubblika jista' jiġi aċċessat mill-link t'hawn taħt:
https://familja.gov.mt/wp-content/uploads/2025/06/PolitikaNazzjonalidwarl-Alkohol.pdf