NL-0025-2025

REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJANI LOKALI BIEX JIĠU KONFORMI MAR-REGOLAMENTI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET SPORTIVI


Miftuħa

​Ministry:

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (MGP)

​Entity:

Awtorità tal-Ippjanar

​Published:

24/06/2025

​Running Till:

16/07/2025

​Last Updated:

25/06/2025




L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet l-ewwel fażi ta’ reviżjoni parzjali tal-Pjani Lokali. L-iskop tar-reviżjoni parzjali huwa li tipprovdi qafas ta’ policy tal-ippjanar li jkun konformi mal-għanijiet tar-Regolamenti dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi u li tintroduċi dispożizzjonijiet ċari u konsistenti rigward l-iżvilupp kummerċjali fuq art allokata għal skopijiet sportivi.

Skont l-Artikolu 53 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, din ir-reviżjoni għandha l-iskop li tilħaq l-għanijiet proposti li ġejjin:

1. Li tintroduċi policy ġenerali tal-ippjanar fil-Pjani Lokali kollha b’dispożizzjonijiet ċari li:

a) tikkunsidra l-għanijiet tar-Regolamenti dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi; u

b) tistabbilixxi t-tip, l-iskala u l-forma aċċettabbli ta’ żvilupp kummerċjali fuq kwalunkwe art allokata għal faċilitajiet sportivi; u

c) tinkludi salvagwardji adegwati biex jiġu protetti interessi oħra ta’ importanza ugwali bħalma huma l-ħarsien tal-madwar, il-wirt kulturali, l-ambjent naturali, it-trasport u l-infrastruttura.

2. Biex jiġu emendati jew imħassra d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fil-Pjani Lokali li jitqiesu li jmorru kontra l-oġġettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu (1) ta’ hawn fuq.

 

L-Awtorità tal-Ippjanar tistieden lill-pubbliku biex jissottometti rappreżentazzjonijiet għall-oġġettivi proposti. 

Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Awtorità mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2025.

Aktar dettalji dwar kif tipparteċipa fil-proċess ta’ konsultazzjoni jistgħu jinstabu fuq www.pa.org.mt.

Feedback