VVJAĠĠAR MADWAR MALTA U GĦAWDEX BIS-SERVIZZ TAL-KAROZZI TAL-LINJA
B'aktar minn 400 karozza tal-linja, l-flotta tal-Malta Public Transport hi waħda mill-aktar żagħżugħa u moderna fl-Ewropa. Il-karozzi tal-linja ġodda, kollha mgħammra b'magni Euro 5 jew Euro 6, bl-aħħar teknoloġija ta' emissjonijiet tad-dijżil biex niżguraw l-anqas impatt fuq l-ambjent. Il-karozzi tal-linja mhux biss huma komdi u jirrispettaw l-ambjent, iżda jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tagħna jibbenefikaw mill-ogħla livelli ta' sigurtà matul il-vjaġġ tagħhom. Il-karozzi kollha tagħna huma low floor għalhekk faċilment aċċessibbli għal persuni bi problema ta mobilta kif ukoll b'wheelchair. Aktar informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tista' tinstab hawn.
B'aktar minn elfejn (2,000) bus stop lokalizzati madwar Malta u Għawdex, wieħed jista' jkun żgur li se jsib karozza tal-linja minn kważi kullimkien. B'hekk ikun qed jagħmel is-servizz tal-karozza tal-linja għażla ta' vjaġġar faċli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent f'Malta u Għawdex, kemm għal vjaġġaturi regolari kif ukoll lil kull min iżur il-gżejjer Maltin.
In-network tar-rotot tal-karozzi tal-linja jgħaqqad l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, u l-Cruise Port maċ-ċentri l-kbar, destinazzjonijiet prinċipali u postijiet ta' interess, u jopera kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex. Dan in-network jipprovdi lill-viżitaturi mod irħis u effiċjenti biex igawdu minn dak kollu li għandhom x'joffru l-Gżejjer Maltin. Tista' ssegwi l-links hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar ir-rotot li joperaw mill-Ajruport jew mill-Cruise Port:
Għal aktar informazzjoni dwar kif tivvjaġġa madwar Malta u Għawdex bil-karozzi tal-linja, tista' tniżżel waħda mill-mapep tagħna hawn. Dawn il-mapep huma disponibbli wkoll mill-Uffiċċji Sales and Information Offices li jinsabu fil-Valletta Bus Terminal, fis-Sliema Ferries, fl-Arrivals' Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, fit-Terminal tal-Bus ta' Buġibba u fit-Terminal tal-Bus tar-Rabat (Għawdex).
PPJANAR TA' VJAĠĠ U INFORMAZZJONI DWAR IL-MAPS TAR-ROTA
Ċittadin Malti u wkoll barrani li jżur Malta u Għawdex jista' juża l-Journey Planner jew il-Google Maps biex jippjana l-vjaġġ tiegħu. Biex tara mapep dettaljati tar-rottot u informazzjoni dwar l-iskedi biex tippjana vjaġġ minn lokalità għal oħra, ikklikkja hawn.
Wieħed jista' wkoll iniżżel l-app tallinja għal informazzjoni real-time tal-karozzi tal-linja (bħall-eqreb bus stop fil-qrib, liema rotot tal-karozzi tal-linja jservu l-eqreb stop u l-ħin stmat tal-wasla tal-karozzi tal-linja li jaslu fl-eqreb bus stop fit-tletin (30) minuta li ġejjin, fost l-oħrajn). Li tippjana l-vjaġġ tiegħek b'tal-linja huwa iżjed faċli permezz ta' din l-app il-ġdida. Il-waqfiet kollha huma identifikati fuq il-mappa, b'hekk wieħed jista' jippjana l-vjaġġ tiegħu b'serħan il-moħħ.
XIRI TA' CARDS U BILJETTI
Il-Biljetti jistgħu jinxtraw mingħand ix-xufiera fuq il-karozzi tal-linja kollha. Dawn il-Cash Tickets huma biljetti ta' Vjaġġ Wieħed li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe post sad-destinazzjoni finali, sa massimum ta' sagħtejn, u jinkludu l-bidliet ta' waqt il-vjaġġ jekk ikunu meħtieġa. Tista' wkoll tagħżel waħda minn tal-tallinja cards tagħna. Hemm firxa ta' tallinja cards li joffru valur miżjud u nollijiet orħos biex jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek, skont l-esiġenzi tiegħek tal-ivvjaġġar. Ikklikkja hawn għal informazzjoni dwar ir-rati tal-biljetti tal-karozzi tal-linja kif ukoll għal informazzjoni dwar il-cards tal-ivvjaġġar differenti offruti.
TALLINJA CARD
It-tallinja card hija card tat-trasport personalizzata li tista' tintuża fuq in-netwerk tat-trasport pubbliku f'Malta u Għawdex. Kemm jekk il-persuna li se tuża l-card hijiex Ċittadin Malti jew barrani, meta tuża t-tallinja card tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. In-noll jitnaqqaslek b'mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tal-individwu.
Hemm tallinja cards u nollijiet differenti għat-Tfal, Studenti, Adulti, persuni bil-Kartanzjan, bi Special ID Card, u Residenti f'Għawdex. Biex tirreġistra għal-tallinja card online, ikklikkja hawn. Il-ħin approssimattiv biex timla l-formola onlajn għandu jieħu madwar ħames (5) minuti. Malli tissottometti l-applikazzjoni, l-applikant jirċievi email ta' rikonoxximent iġġenerat mis-sistema. Malli l-proċess tal-eżaminar, li ġeneralment jieħu madwar jumejn (2) xogħol biex jitlesta jkun lest, l-applikant ikun infurmat li dawk id-dettalji ġew irreġistrati fis-sistema u li l-card għandha tintbagħat bil-posta fuq l-indirizz speċifikat . ġo l-applikazzjoni. Malta Public Transport għandha benchmark intern ta' ġimagħtejn (2) bejn id-data tal-irċevuta tal-applikazzjoni u d-data sa meta t-tallinja card tintbagħat lir-riċevitur miktub ġo l-applikazzjoni.
Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar kif tirreġistra għal-Tallinja card jew inkella kif tuża l-card, ikklikkja hawn.
FERRY SERVICE
Il-Valletta Ferry Services u l-Malta Public Transport nedew servizz ġdid fejn kull min għandu t-tallinja card jista' jieħu vantaġġ minn prezzijiet orħos meta jħallas bil-card tiegħu għal vjaġġ fuq il-Valletta Ferry Services. L-użu ta din il-card jġib miegħu numru ta benefiċċji li jinkludu ħin tal-imbarkazzjoni iqsar, il-konvenjenza li ma jkollokx għalfejn iġġorr flus kontanti għall-biljetti u, aktar importanti, nollijiet orħos. Il ferry service qed topera tul ir-rotot elenkati hawn taħt:
- Sliema – Valletta – Sliema
- Cospicua – Valletta – Cospicua
Ikklikkja hawn għal aktar dettalji dwar is-servizz, u r-rati tan-noll jew ikklikkja hawn biex tara l-iskeda tal-lanċa.
RIFUŻJONIJIET TAL-BILJET JEW CARD
Il-passiġġieri skedati tat-trasport pubbliku (servizz regolari) iħallsu għan-noll tagħhom abbord il-karozza tal-linja billi jew jużaw il-card tal-ivvjaġġar (iktar magħrufa bħala t-Tallinja Card) jew permezz tal-biljett bil-flus. Il-Biljetti bil-flus jistgħu jinxtraw jew permezz ta' flus kontanti attwali jew inkella permezz ta' pagamenti mingħajr kuntatt bħal karti ta' kreditu, smart phones u arloġġi. Għalhekk, il-ħlas isir biss la darba l-passiġġier ikun tela' fuq il-karozza tal-linja fil-bidu tal-vjaġġ tiegħu / tagħha. M'hemm l-ebda xiri jew prenotazzjoni minn qabel għas-servizz.
Barra minn hekk, l-itwal vjaġġ ġewwa Malta u Għawdex huwa ta 37.179 kilometru (km) u għalhekk talba għall-rifużjoni jew appell huwa barra mill-ambitu tar-Regolament 181/2011 fejn jirreferi għar-rifużjonijiet tal-biljetti.
APPOĠĠ, GĦAJNUNA U L-GĦOTI TA' feedback
Is-sodisfazzjon tal-klijent huwa essenzjali għall-kwalità u l-prestazzjoni u għalhekk il-feedback tiegħek huwa meħtieġ ħafna biex naġixxu fuq is-suġġerimenti riċevuti. Kemm jekk int Malti jew Ċittadin li mhux Malti u tixtieq xi għajnuna oħra, tipprovdi feedback, tressaq ilment, jew tagħti l-opinjoni tiegħek dwar is-servizzi pprovduti mill-Malta Public Transport, tista' tagħmel kuntatt billi tuża d-dettalji pprovduti jew inkella imla l-formola pprovduta.
Barra min hekk tista' wkoll, tikklikkja hawn biex timla l-formola sabiex titlob aktar informazzjoni, jew inkella tikklikkja hawn biex issegwi l-proċedura biex tagħmel ilment.
Malta Public Transport jagħmel użu wkoll tal-midja soċjali, bil-għan li l-pubbliku jinżamm infurmat bis-servizzi pprovduti. Din il-paġna ta' Facebook hija paġna uffiċjalment approvata mill-Malta Public Transport. Jekk teħtieġ xi għajnuna ulterjuri jew tixtieq taqsam l-esperjenza tiegħek dwar is-servizzi pprovduti mill-Malta Public Transport, wieħed jista' jagħmel dan billi juża l-faċilità taċ-chat fuq il-paġna ta' Facebook. Rappreżentant mil-Malta Public Transport ikun jista' jkellmek u jgħinek mill-ewwel permezz tal-live messenger.