Daqqa ta’ ħarta oħra għal Simon Busuttil u sħabu meta l-Maġistrat Doreen Clarke illum ‘iddisponiet’ mir-rikors instigat minn Simon Busuttil u sħabu biex tinfetaħ inkjesta oħra.
Il-Maġistrat stqarret “li m’għandhiex issir inkjesta oħra imma ssir nota addizzjonali fl-atti tal-inkjesta diġà mibdija” biex “jiġu evitati dupliċità ta’ proċeduri”.
Għaldaqstant il-Maġistrat Doreen Clarke qalet li m’għandhiex tinfetaħ inkjesta ġdida dwar l-allegazzjonijiet li kienu qed jagħmlu Simon Busuttil u sħabu iżda minflok il-Maġistrat Charmaine Galea għandha tqis l-allegazzjonijiet fil-kuntest ta’ inkjesta li qed tagħmel dwar allegazzjonijiet li essenzjalment huma l-istess.
Il-Maġistrat Doreen Clarke iddeskriviet bħala “OVERLAP kbira” fil-kontenut fir-rikors li ġie preżentat quddiemha u dak li diġà qed jiġi investigat mill-Maġistrat Dr Charmaine Galea f’inkjesta oħra li nfetħet fit-28 ta’ Settembru li għadda.