Il-gvern qiegħed jippubblika tweġiba li d-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra Chris Fearne bagħat ftit tal-ħin ilu lill-Ispeaker Anġlu Farrugia:
Għażiż Mr Speaker,
Nagħmel referenza għall-komunikazzjoni tiegħek u għall-komunikazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni mibgħuta lilek u li jien ikkupjat fiha.
Ninnota illi tali komunikazzjoni ma tinkludi ebda mozzjoni min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar is-suġġett imsemmi minnu.
Min-naħa tal-gvern, waqt illi napprezza s-serjetà tas-sitwazzjoni, nirrepeti dak li qal il-Prim Ministru fil-Kamra tar-Rappreżentanti nhar l-Erbgħa 20 tax-xahar, jiġifieri li l-gvern bi ħsiebu jitlob lill-Parlament jagħmel diskussjoni sħiħa dwar dan, ladarba l-pulizija jkunu kkonkludew ix-xogħol tagħhom, u dan sabiex f’dan l-istadju delikat ma jsir xejn li jista’ jtellef minn din l-investigazzjoni importanti.
Dejjem tiegħek,
Chris Fearne
Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra