gov.mt

pr192544

PR192544

26/11/2019

STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, L-INVESTIMENT U N-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona qiegħed jissospendi ruħu b’mod immedjat mill-kariga tiegħu sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet u l-proċeduri li għaddejjin bħalissa. 

 
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjoni mal-Prim Ministru.
 
Dr Cardona jiddikjara illi m’għandu assolutament l-ebda rabta mal-każ. Madanakollu, għal ġid tal-pajjiż, ladarba kien intalab jagħmel kjarifiċi mill-Pulizija, huwa jħossu fid-dmir li jieħu dan il-pass.