gov.mt

pr200606

PR200606

03/04/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI ‘Il fuq minn €400 miljun għall-ħruġ tal-Istocks tal-Gvern


 

Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji b’sodisfazzjoni jilqa’ li l-istituzzjonijiet finanzjarji komplew juru l-fiduċja tagħhom fil-mod ta’ kif il-Gvern qed imexxi l-pajjiż.

 

Fil-ħruġ tal-Istocks tal-Gvern tal-lum, fi ftit inqas minn erba’ sigħat, kien hemm 85 applikazzjoni li offrew ‘il fuq minn €400 miljun – €100 miljun iktar minn dak li alloka it-Teżor.

 

Il-valur ta’ din il-ħarġa ta’ Malta Government Stocks huwa l-akbar ammont qatt maħruġ mill-Gvern f’dawn l-aħħar seba’ snin.

 

Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jagħti aktar opportunità sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jipparteċipaw f’iktar ħruġ ta’ dan it-tip, sabiex inkomplu ngħinu lill-ekonomija Maltija tiġi lura għal li kienet qabel il-kriżi tal-COVID-19. 

 

B’dan il-mod it-tfaddil li għamlu l-familji u n-negozji tagħna fis-snin li għaddew ser iservi biex jitwettaq il-patt soċjali ġdid li l-Gvern irnexxilu jibni ħalli ngħelbu l-isfida tal-COVID-19. ​​​