Skip Ribbon Commands
Skip to main content

gov.mt

pr201586

PR201586

21/08/2020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U S-SERVIZZI FINANZJARJI

Malta hija fost l-ewwel pajjiżi li ser jiġu allokati fondi, li jammontaw għal €243.6 miljun, f'self mogħti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-risji tal-Qgħad f'Emergenza (SURE).

 

Il-Gvern qed jgħin l-impjiegi u l-intrapriżi matul il-pandemija permezz ta' diversi skemi u SURE huwa maħsub biex itaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19.

 

SURE huwa strument li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri Ewropej sa EUR 100 biljun fil-forma ta' self mill-UE. Inħolqot biex tiġġieled il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Huwa sors ta' assistenza finanzjarja mmirata speċifikament għall-politiki relatati mal-preservazzjoni tal-impjiegi, prinċipalment skemi ta' xogħol għal żmien qasir u miżuri relatati.

 

Il-Ministru tal-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jinnota dan l-iżvilupp b'sodisfazzjon hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad-diskussjoni. Strument bħal dan iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-self mis-swieq finanzjarji huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Malta tilqa' l-kooperazzjoni addizjonali u f'waqtha li wasslet għal din l-azzjoni.

​