Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li wieħed mill-ingredjenti ta' ġo fih (brazil nuts) huwa potenzjalment ikkontaminat bil-mikrobu Salmonella.
Is-Salmonella huma grupp ta' mikrobi li jistgħu jwasslu għall-avvelenament fl-ikel jekk jiġi kkunsmat ikel ikkontaminat. Sintomi jinkludu deni, dijareja, remettar u ugigħ fl-istonku.
| Isem tal-prodott: | Fruit & Nut Bar: Brazil & Sultana with peanuts and almonds |
| Ditta: | Eat Natural |
| Data tad-durabbilità: | Id-dati kollha minn Awwissu 2020 sa l-aħħar ta' Ġunju 2021 |
| Użin: | Bars ta' 50g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl, jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.