gov.mt

pr202644

PR202644

21/12/2020

​STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit imwaqqfa minn nhar it-Tlieta

Minn għada, it-Tlieta, 22 ta' Diċembru se jkunu sospiżi t-titjiriet minn u lejn ir-Renju Unit, dan fid-dawl tal-varjant il-ġdid tal-COVID-19 li instab f'pazjenti f'dan il-pajjiż.

Minkejja s-sospenzjoni tat-titjiriet, Maltin, u persuni residenti f'Malta, li jinsabu fir-Renju Unit preżentament, se jingħataw l-opportunita li jirritornaw lura Malta, madanakollu, se jkunu soġġetti għal PCR test mal-wasla tagħhom f'pajjiżna u għal kwarantina obbligatorja ta' 14-il jum.

Din id-deċiżjoni hija waħda temporanja anke għaliex l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qegħdin isegwu mill-qrib l-iżviluppi fir-Renju Unit filwaqt li qed jipparteċipaw f'diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea dwar din is-sitwazzjoni sabiex eventwalment anke jkun hemm pożizzjoni u direzzjoni mill-istess Unjoni.

​