Rachel Grech, staff nurse fl-Infectious Diseases Unit, hija l-ewwel persuna f'pajjiżna li rċeviet il-vaċċin tal-COVID-19.
L-ewwel vaċċin ingħata l-Ħadd filgħodu, l-għada li Malta rċeviet l-ewwel konsenja tal-vaċċin, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela u tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
L-infermiera Grech hija waħda mill-professjonisti mediċi mill-Infectious Diseases Unit, l-Intensive Treatment Unit u l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei li qed jitlaqqmu fl-ewwel ġurnata.